Azərbaycan dili Bahasa Indonesia Bosanski Català Čeština Dansk Deutsch Eesti English Español Français Galego Hrvatski Italiano Latviešu Lietuvių Magyar Malti Mакедонски Nederlands Norsk Polski Português Português BR Românã Slovenčina Srpski Suomi Svenska Tiếng Việt Türkçe Ελληνικά Български Русский Українська Հայերեն ქართული ენა 中文
2011-12-04 20:05:03
Biex tirreġistra Tim ġdid, mur fil-menu Reġistrazzjoni fil-paġna prinċipali ta' Sokker. Wara li timla id-dettalji personali flimkien mal- indirizz tal-e-mail validu. Jekk jogħġbok uża korrett e-mail personali tiegħek għax ser nibaghtulek e-mail lura fuqu biex tikkonferma. Il-proċess jista 'titħaffef aktar billi tuża il-kont ta’ Facebook tieghek eżistenti ghaliex dan jirreġistrak awtomatikament,Ikteb l- isem tat-tim biss w ibda loghba.

Inti se tkun tista tiloggja fuq wara r-reġistrazzjoni tiegħek tkun kkonfermat (sakemm ma jkunx hemm timijiet ħielsa (free) fil-pajjiż). Int ser ikollok tim tiegħek kreat, sabiex inti tkun tista tis-setja l-iskwadra, tissetja taħriġ, tara logħbiet u għalhekk tiffamiljarizzaw ma sokker. Madankollu. sakemm admin jaċċettaw għal kollox l-applikazzjoni tiegħek, inti se jkollhom drittijiet limitati, u mhux se tkun tista 'tagħmel dan li ġej:

'tikteb fil-forum jew tivvota fl-istħarriġ il-forum.
'tikteb emails.
-Tixtri Plus.
-tbiegħu, jixtru jew jirreklamaw plejers.
-offerta fuq ghall-Kowc.
-vot fl-elezzjonijiet jew kandidatura għal-NT.
-bet fuq logħba fl Studio TV jew jiktbu jikkummenti.
-jissieħbu bħala ħbieb ta 'utenti oħra.


F'każijiet rari, il-kampjonati tal-pajjiż tiegħek jistgħu jkunu mimlijin kollha. Dan ifisser li jkollok tistenna ftit aktar fit-tul sakemm tingħata it-Tim. Madankollu, nitolbuk tkun ftit paċenzjuż għax il-kampjonati huma kontinwament riveduti u miżjuda meta jkun neċċessarju. Dan it-tkabbir ġeneralment isir waqt li il-kampjonat ikun wieqaf.

It-Tim li tapplika għaliħ irid ikun qiegħed ibbażat fil-pajjiż oriġinali tiegħek, sakemm il-pajjiż tiegħek mhuwiex inaċċessibli f'sokker. Jekk inti ġej minn pajjiż differenti min dak li bħalissa qed tgħix fih, u tixtieq tikkreja team fil kampjonat tal-pajjiż tiegħek oriġinali, għandek tibgħat e-mail fuq admins@sokker.org .

Jekk jogħġbok, int mitlub timxi mar-regoli tal '[i]fair play' li issib f'sezzjoni numru 2. Per ezempju, jekk taħseb li qed tuża l-istess indirizz IP ma' utent ieħor, ibgħat e-mail fuq admins@sokker.org


Immaniġjar tat-Tim (account) tiegħek

It-Tim tiegħek ma' Sokker jista jiġi kkanċellat minħabba numru ta raġunijiet:

- Ma tkunx dħalt fit-Tim għal aktar min 50 jum.
- It-Tim tiegħek ikun fallut finanzjarjament ghal perjodu ta' aktar min 14 il-ġurnata
- It-Tim tiegħek ikun magħluq minħabba li ma tkunx imxejt mar-regoli ta Fair Play imsemmija f'sezzjoni numru 2.

F'kull wieħed minn dawn il-każijiet, jekk tkun trid terġa' tingħaqad f'Sokker, inti permess li terġa' tirreġistra għal darba oħra. Qabel tagħmel dan, irid ikun għaddew mill-anqas 50 jum minn meta tkun dħalt fit-Tim tiegħek l-aħħar darba.

Invitazzjoni għal Utenti (users) ġodda

Meta tinvita lill xi ħadd min sħabek biex jiftħu Tim ġo Sokker, int imħeġġeġ li tgħidlu jinkludi il-'Login ID' tiegħek waqt il proċess ta' registrazzjoni jew inkella invitah billi tibgħatlu dan il-link:

www.sokker.org/?buddy=your_login

Inti tingħata 10 ijiem b'xejn PLUS kull darba li user li tkun invitajt, jixtri il-PLUS għal ewwel darba! Jekk diġa għandek il-'PLUS', il-kont tiegħek tal-'PLUS' jiġi estiż għal 10 ijiem oħra.
2009-08-20 15:04:33
Bħala membru, inti mitlub timxi ma dawn ir-regoli bażiċi: Fil-logħba dan huwa projbit:

- Ma jistax ikollok aktar jew tikkontrolla minn Tim wieħed.

- Biex tbiegħ jew tagħti it-tim li utent (user) ieħor (Ma tagħmel l-ebda
differenza jekk kien diġà jilgħab f’Sokker jew huwa utent (user) ġdid)

- Li jkollok Tim f'pajjiż differenti, mill-pajjiż ta' nazzjonalità tiegħek jew
residenza abitwali. Fil-każ ta’reġistrazzjoni minn pajjiż differenti jew
ġejjin minn pajjiż li mhux inklużi f’Sokker database, jekk jogħġbok
spjega dan billi tikteb lil admins@sokker.org .

- Kwalunkwe trasferiment ta’plejers bejn it-timijiet li jużaw l-istess IPs jew
li jkunu jillogjaw mill-istess kompjuter

- Li tgħin timijiet oħra intenzjonalment fl-offerti fuq l-plejers tagħhom
il-fuq mill-valur tas-suq

- Biex titrasferixxi plejer il-fuq mil-valur tas-suq tiegħu

- Biex Tiħħekja ( Hacking )tim ta’ utent ieħor u biex tipprova tikseb
password ta’utent ( user) ieħor

- Li jintużaw programmi li jistgħu jkunu perikolużi għal Sokker

- Biex tipostja materjal preżenti jew li huwa meqjus bħala illegali fuq dan
is-sit familjari u orjentati (ie biex tippreżenta kwalunkwe razzisti,
faxxisti, jew materjal pornografiku, li jirrappreżentaw programmi illegali
jew il-materjal ta’ breaking software liċenzjat u copyrights) jew tikkawża
ħsara potenzjali għall-kompjuter ta’ utent ieħor (jiġifieri jkun fihom
virus, ħsara komporatamentali, eċċ).

- Biex tuża xi żbalji li tkun iltqajt miegħu f’Sokker għall-avvanzi tiegħek (
kull traċċati ta’ bugs għandhom jiġu rapportati lill-admins)

- Biex tikser ir-regoli ta 'Sokker Manager jew ir-regoli tal-Forum
iddikjarata xi mkien ieħor


TIX-XERJA L-INTERNET JEW KOMPJUTERS MA’ AKTAR MINN UTENT WIEĦED.

Huwa strettament ipprojbit għal kull utent li jimmaniġja aktar minn tim wieħed. Din hija waħda mir-regoli l-aktar importanti f’ Sokker.

Bir-reġistrazzjonijiet bil-permessi, l-administraturi jistgħu jippermettu utenti multipli differenti biex jinħolqu timijiet mill-istess konnezzjoni IP jew PC (eż: aħwa fl-istess dar jew ħbieb fl-istesss dorm).

Biex tirreġistra it-Tim tiegħek u tirċievi l-permess biex taqsam l-istess konnezzjoni IP jew PC, inti trid tibgħat messaġġ (email) lil (admins@sokker.org) bid-deskrizzjoni tas-sitwazzjoni biex tiġġustifika r-rikwest u tinkludi l-ismijiet tat-timijiet KOLLHA kif ukoll l-ismijiet ta’ l-utenti li ser jaqsmu l-istess konnezzjoni tal-kompjuter mieghek . Dan il-messaġġ (email)għandu jintbgħat QABEL ir-reġistrazzjoni. Jekk tinsa din il-kundizzjoni, inti ser tiġi kkastigat, ibbażata fuq is-suspett raġonevoli li utent għandu timijiet multipli.

FIL-KAŻIJIET KOLLHA, anke bir-reġistrazzjoni u l-permess li taqsam il-kompjuter jew l-IP, KWALUNKWE TRANSFER bejn l-utenti li XI DARBA qasmu l-IP hija illegalment .

Vjolazzjonijiet tar-regoli ta’ Sokker, jinkludu r-regoli maġuri ta’ fuq u tikser ir-regoli reġistrazzjoni ta’ fuq (bħal attentati ta’reġistrazzjonijiet għal timijiet multipli), jiġu kkastigati b’penalitajiet li ilaħħqu tneħħijiet ta’ l-utent mil-logħba.

IXXERJAR TA’ TIMIJIET / TILLOGGJA BĦALA UTENT IEĦOR.

Timijiet f’Sokker iridu jiġu kkontrollati minn utent wieħed biss u mhux imqassma jew illogjati minn ħafna persuni oħra
-F’sitwazzjoni estrema meta l-propretrju ma jistax jilloggja ġot-Tim tiegħu għal perjodu ta’ żmien u manutenzjoni ċara tat-Tim (eż. xhur ta’ militari jew dħul fi sptar), l-amministraturi iridu jiġu kkuntati (admins@sokker.org) biex jagħmlulek eċċezzjoni għal din ir-regola għal perjodu speċifiku ta’żmien.
-Fil-kas li eċċezzjoni hija aċċetata, il-persuna li qiegħda minflok dik il-persuna jista’ BISS jissettja l-ordnijiet tal-logħba (ibbażati fuq it-tattiċi li kienu ġew ikkrati qabel mill-persuna l-proppja) u jirriffjuta u jiġbed lill-juniors.
-Dik il-persuna li qed tieħu ħsieb it-Tim tal-persuna l-oħra ma jistax ibigħ jew jibbidja fuq plejers (minbarra li jbigħ il-juniors), jippowstja jew jibgħat messaġġi jew jagħmel kwalunkwe azzjoni maħsuba biex jagħmel ħsara lil xi tim.
-Fil-kas jekk il-propjetarju huwa NT Kowċ, il-permess irid ikun jaf bih kulħadd pubblikament u ma jistax jinkludi l-azzzjoni meħtieġa biex tħalli lill-NT jilagħbu l-logħbiet. Alternattivament, l-amministraturi jistgħu jissetjaw elezzjoni ġdida ta’ l-NT jekk ikun hemm bżonn.
-Il-propretarju jkollu jbiddel il-password tiegħu wara li jerġa’ jiġi lura fil-kontroll tat-
tim.
- L-ebda tim ma’ jista’ qatt jitpoġġa Bhala sitter għal Tim li ikun fl-istess
league .

L-ISTAFF TA’ SOKKER U L-KASTIGI.

Biex issir suppervisioni tal-logħba, il-ppropjetarji ta’ Sokker għamlu lill-Amministraturi tal-Logħba . L-għan tagħhom huwa li jissapportjaw lill-utenti, biex jenforzaw ir-regoli u linji gwida tal-logħba, u jiżguraw is-sigurta`, reġistrazzjoni xierqa tal-utenti. L-Amministraturi għandhom il-poteri li jistgħu jikkastigaw utent li jkun kiser ir-regoli ta’; Sokker. Għad-deskrizzjoni tagħhom, l-Amministraturi jistgħu:

-jagħtu multa finanzjarja lit-Tim ta’ l-utent.
-javża lill-utent għall-aħħar darba (“karta safra”) jiġifieri jagħti l-aħħar
ċans lill-utent biex jilagħab sew fil-logħba.
-jibblokkjaw it-Tim tal-utent (dan jinkludi wkoll li ma iħallux aktar lill-
utent jirritorna fil-logħba).
-ipoġġ aktar sanzjonijiet għall-utent, li ma jkunux għadhom spesifikati.

L-Amministratuir għandhom ukoll id-dritt li jużaw jew jgħaqqdu dawk il-mezzi fl-ordni biex jassiguraw l-imparzjalità u s-sigurta` tal-logħba.

L-Amministraturi għandhom jaqdu lilhom infushom tajjeb:
- ma jikxfux id-dettalji tax-xogħol tagħhom jew id-deċiżżjonijiet ma’
l-utenti.
-biex jassiguraw is-segretezza u jillimitaw l-aċċess għall-informazzjoni li
jistgħu jaffetwaw lill-utent, li l-każ tiegħu diġa` ġie analizzat.
-biex taġġusta jew irranġaw manwalment il-prezz tat-trasferiment, jekk
il-valur imħallas kien jew huwa aktar mill-valur tas-suq (eż. esaġerat
ħafna jew suspettuż).
- biex tagħti multa jew timblokka b'mod permanenti t-tim tal-utent jekk
hu jispamja (spams) lil utenti oħra jew jinsulta jew juża’ vokabularju
vulgari kontra utenti oħra (inkluż il-messaġġi private).
-biex timblokka t-tim ta’ utent għal kull suspet talli hu ikun qiegħed
jikkontrolla aktar minn tim wieħed (innota lill-Amministraturi dwar
il-loggings komuni ħalli dawn jkunu imwarrba).
- biex tinjora l-appelli kollha għal ‘data recovery’(plejers, stadium,Kowċis,
juniors) jekk l-account ma ġiex assigurat sew (eż. password maqsuma
ma l-oħrajn, kienet isejvjata ġol-browser jew ġo kompjuter pubbliku)
jew ġiet magħmula bħala żball mill-utent. Każijiet oħrajn (eż. hacking
il-kont ta’ l-utent) tista’ tiġi restorjata jekk ikun possibbli.
-biex tistaqsi lil utent fuq l-identita` reali tiegħu fil-każ ta’ tħassib ekwitat
jew għas-sigurta` tal-loghba


Amministraturi ġeneralment mhumiex ser japplikaw dawn l-azzjonijiet li ġejjin, imma jirriservaw id-dritt f'każi estremi:

-li jinterferixxu f’każijiet ta’ bidding ta’ plejers li jkun diġa miftiehem -
dawk huma l-kwistjonijiet tal-ftehim reċiproku bejn il-bejjiegħ u x-xerrej
u mhumiex sorveljati mill-Admins ta’ Sokker.
- biex tneħħi plejer minn ġol-lista tat-trasferimenti fuq it-talba tal-bejjiegħ
jew tax- xerrej jew oħrajn
- biex tneħħi xi plejer minn ġol-lista tat-trasferimenti għaliex kienu
elenkati waqt azzjoni emozzjonali tas-sid
-biex tillogja ġo l-account mingħajr ma jkollhom il-permess ta’ l-utent (eż.
biex tneħħi, artiklu f’gazzetta li tkun (racist) ġol-paġna ta’ utent li jkun
idle’ jew ibbenjat.

Kull ħaġa ser tiġi evalwata fuq il-meritu tiegħu stess, b’account meħud tal-prattiċi ġenerali biex jiżguraw l-imparzjalita`. Dan jirriżulta fiż-żidiet jew fit-tnaqqis tal-piena għal ċertu ‘trangressions’, għad-diskrezjoni ta’ l-Amministraturi.

Tikkuntattjax ma’ l-Amministrazzjoni min tim ta’ utenti oħrajn. Jekk l-account tiegħek ġie mblukkat, l-uniku mod kif tikkuntattja Amministrazzjoni ta’ Sokker huwa billi tikteb lill- admins@sokker.org. F’każijiet oħra, jekk għandek bżonn tikkuntattja ma’ l-Amministrazzjoni, qed nitolbuk biex ma tikkuntttjax aktar minn żewġ Amministraturi. Jekk jogħġbok, iċċekkja min ikun online, u ibgħat sk-mail lil 2 minnhom, u stenna ftit sakemm ma l-sk-mail ikun inqara.

Kull każ mhux deskritt fir-regoli, se jiġi ttrattat mill-Amministarturi tal-Logħba.


L-Amminisrtaturi huma sapportjati mill-Moderaturi tal-Forum. Il-Moderaturi jeżaminaw id-diskussjonijiet tal-Forum, postings ġodda, guestbook entries, logos u ismijiet ta’ timijiet, u l-attivitajiet kollha pubbliċi li utenti jżomm id-diskussjonijiet kollha fuq il-livell kulturali u livell mhux offensiv. Jekk il-Moderatur jinduna li l-utent ikun qiegħed jikser ir-regoli, għandu d-dritt:

- iwissieħ biex ma jerġax jagħmilha
- jiblokkjalu l-aċċess tal-forum
- jistaqsi lill-Amministratur biex jikkastiga lill-utent aktar severament (sa
multi jew jibblokkjawlu tat-tim)


Ir-regoli tal-forum speċifikati huma disponibbli fuq il-Forum StatuteForum Statute, disponibbli fuq il-link fuq nett fuq l-paġna prinċipali tal-Forum.

Id-deċiżżjoni dwar KULL kastig (minn Moderatur jew Amministratur) huwa fid-diskrezzjoni tal-Moderatur jew ta’ l-Amministratur, u mhijiex miftuħa għal dibattitu jew diskussjoni. Fil-każ ta’ xi mistoqsijiet l-utent jista’ jqajjem il-kwistjoni għal verifika finali u deċiżjoni mill-email għall- admins@sokker.org . Id-deċiżjoni ta’ l-Amministraturi jew Amministraturi li jivverifikaw li dak il-każ huwa finali.

F’Kas ta’ Injorament tar-regoli mhux ser ikun aċċettabbli l-ġustifikazzjoni tal-ksur tar-regoli.
2009-08-20 15:06:21
It-Tim tiegħek, bħal ma huwa kull Tim ieħor fir-rejalta, għadu il-ground, plejers, Kowċis u l-assistenti tiegħu kif ukoll skola tal-'juniors'. Biex tmexxi tim jirrikjedi ċerti spejjeż, bħal pagi, trasferimenti, xogħol u tkabbir tal-ground etċ. It-Tim tiegħek irid iżomm il-likwidita finanzjarja, inkella jispiċċa fallut. Aktar informazzjoni rigward l-immaniġjar tat-Tim tiegħek issibu aktar il-quddiem.

Falliment

Timijiet li jkunu ser jiġu dikjarati falluti (il-bilanċ tal-kont tiegħek huwa anqas minn -€500k (l-istess bħal -$500 jew -£300k) ikunu jistaw jaċċesjaw il-kont tagħhom ghal 24 siegħa mill aħħar aċċess għat-Tim.

Dan huwa possibli sabiex utenti (user) ikollu ċans jirregola ruħu finanzjarjament - ibiegħ plerers, ikeċċi Kowċis etċ. Wara 24 siegħa ma jkunux jistaw jaċċesjaw it-Tim tagħhom, sakemm il-bilanċ tal-kont ma jkunx irranġat biżżejjed (il-bilanċ tal-kont ikun aktar min -€500k, -£300k). Jekk il-bilanċ tal-kont jaqbeż dak l-ammont, ikunu jistaw jaċċesjaw it-Tim taghhom normalment bħal qabel. Madankollu, jekk il-bilanċ tal-kont jibqa taħt -€500k ghal perjodu ta 14-il ġurnata, it-Tim ikun formalment fallut kif deskritt aktar qabel f'sezzjoni numru 1, immaniġjar tal-kont tiegħek.
2010-01-29 18:33:52
Kull plejer għandu 8 skills bażiċi. 7 minn dawn lis-skills (Pace, Passing, Playmaking, Defending, Scoring, Technique u Keeper) ivarjaw minn tragic għal superdivine. Stamina tvarja minn tragic ghal formidable. Aktar ma' l-plejer ikollu skills għoljin, aktar il-plejer jilgħab tajjeb fid-dixxiplina li jkun ingħata.


Skills bażiċi

Pace

Jiddetermina kemm il-plejer kapaċi jiġri. Dan iffisser li aktar mal plejer ikollu pace għoli aktar ikun veloċi fil-ġiri tiegħu kemm bil-ballun kif ukoll mingħajr ballun f'saqajħ. Plejers veloċi għandhom aktar ċans li jiġru 'l bogħod mil-plejer avversarju, kif ukoll ċans aħjar li jilħquħ biex jerbħulu il-ballun. Aktar minn hekk, il-keepers li huma veloċi huma aktar effetivi biex jiċċalinġjaw l-attakant

Passes

Din is-skill tiddetermina kemm il-plejer iqassam il-ballun bi preċiżjoni (kemm bis-sieq u kemm bir-ras). Il-preċiżjoni tfisser li il-plejer kapaċi jqassam il-ballun lill sieħbu fid-direżżjoni it-tajba u bis-saħħa meħtiega, dan biex il-plejer l-ieħor ikun jista' jirċievi l-ballun bl-aktar mod tajjeb li jista'.

Playmaking

Plejers bi skill għolja fil-playmaking jieħdu id-deċiżjoni lil minn iqassmu aktar malajr, kif ukoll li jagħżlu l-aħjar plejer pożżizjonat biex iqassmulu l-ballun. Jekk is-skill tal-playmaking tal-plejer tiegħek tkun bagħtuta, il-plejer involut jitlef il-veloċita bil-ballun sakemm joqgħod jaħseb lill min ser iqassam, dan ifisser li tkun aktar faċli għall- avversarju li jattakah u jeħodlu l-ballun. Plejer bi skill għoli fil-playmaking għandhom aktar ċans li jagħtu passes fuq il-ġirja.

Defending

Aktar ma jkun għoli dan is-skill tad-defending, akbar huwa iċ-ċans li il-plejers jantiċipa lill avversarju. Dan huwa skill li għandu bżonn kull difensur. Pero, kemm il-midfielders u kemm l-attakanti jistaw, bis-saħħa ta skill għoli fid-defending, jikkrejaw opportunitajiet ta' attakk billi jirbħu aktar blalen f'nofs il-ground. Kemm il-plejer huwiex kapaċi jirbaħ il-ballun jew le, jidependi wkoll kemm il-plejer avversarju ghandu teknika tajba. Aktar mat-technique tal-plejer avversarju tkun għolja, akbar huwa iċ-ċans li jaqbeż il-plejer tiegħek.

Striker

Jiddetermina kemm l-attakant ikun preciż u b'saħħtu fil-konkluzzjonijiet tiegħu . Plejers li jkollhom skill għoli ta' striker għandhom anqas ċans li jiżbaljaw fil-konklużżjoni tagħhom (e.ż. jitfgħu il-ballun għoli jew barra). Barra min hekk il-konklużżjonijiet tagħhom ikunu aktar difficli biex jiġu salvati mill keeper aversarju. Li plejer ikollu skill għoli ta striker huwa importanti għal kull plejer li jista' jkollu ċans jikkonkludi fil-lasti u mhux biss għall-attakanti

Technique

Ħafna mill-aspetti tal-logħba jiddependi fuq it-technical skills.

- skill kif tikkontrolla pass; plejer b'livell baxx ta' technique jista' jkollu diffikulta jikontrolla anki l-aktar blalen ħfief.
- veloċita fid-dribbling; plejers b'technical skills baxxi jitilfu il-veloċita tagħhom bil-ballun aktar facilment.
- talent biex jaqbeż difensur meta jkunu wieħed kontra wieħed, kif ukoll jikontrolla l-ballun meta jagħmel xi finta.
- ċans kbir li ma jolqtux il-ballun tajjeb meta jippruvaw iqassmu l-ballun.

Goalkeeping

Din hija skill utli biss ghall- keepers. Din skill li tiddetermina kemm il-keeper ikun effettiv fil-kwalita ta' kif isalva il-ballun. Aktar ma jkun għoli dan is-skill, akbar huwa iċ-ċans li il-keeper isalva il-ballun u jikklerjah bil-għaqal ('il boghod mill-attakant).

Stamina

Waqt il-logħba, il-plejers jgħajjew. Meta jiġri dan, il-plejers ikunu anqas preċiżi peress li jitilfu ftit mill-iskills tagħhom. Il-playmaking biss ma jigix effetwat tul il-logħba kollha. Kemm plejer jgħejja jew le ma jiddependix biss fuq kemm il-plejer ikun dam hin jilgħab imma wkoll kemm il-plejer ikun attiv fil-ground. Akta mal plejer ikun attiv fil-logħba aktar hemm ċans li il-plejer jgħejja. Plejers li jkollhom stamina għolja, jħossu l għejja anqas minn plejers oħra. Wiehed irid joqgħod attent ukoll li ma jħallix ħafna żmien mingħajr ma jħarreġ lit-tim stamina, għaliex inkella maż-żmien l-istamina tista' tonqos.


Parametri addizzjonali oħra tal-plejers

Form

Jiddetermina kemm il plejer kapaċi jutiliżża kompletament s-skills tiegħu.
Plejers li l-form tagħhom tkun baxxa jipperfotmjaw anqas milli kieku kellhom livell għola tal-form


Dixxiplina Tattika

Tirrifletti kemm il-plejer kapaċi jimxi mat-tattika li jkun ingħata tul il-partita. Id-dixxiplina tattika tibbaża ruha fuq żewġ subskills: Esperjenza u Team-work.

Esperjenza

-Esperjenza tinkiseb bil-logħob. Il-livell ta 'esperjenza jiddependi min-numru ta' logħbiet li jkunu lagħbu, il-persentaġġ ta 'attività waqt il-logħbiet, u t-tip tal-logħba (partita ta'hbiberija, uffiċjali, tim nazzjonali). Plejers li ikollhom livelli aktar baxxi ta 'esperjenza se jżidu l-ħiliet aktar mgħaġġla minn plejers li jkollhom livelli ogħla.

Jiddependi fuq livell ta 'esperjenza tagħhom, il-plejers jistaw jimblukkaw ftit, jew għall-inqas jikalmaw bil-mod, l-avversarji tagħhom waqt li jigri ghall-ballun. Madankollu, mhux se jkun jista 'jimblokka waqt li joghla ghal daqqa ta' ras (duels).


Team-work:
- Jirrapreżenta kemm il-Kowċ kapaċi jgħallem it-tattika tiegħu kif ukoll kemm il plejer ikun tgħallem it-tattika ma' dak it-Tim partikolari
- It-tibdil iseħħ waqt it-taħriġ bħal kull skill ieħor, indipendenti x'tip ta taħriġ ikun qed jingħata. It-tkabbir jiddependi primarjament mill-istima tal-head Kowċ. Dan ifisser li t-team-work jista' jonqos jew taqleb għal Kowċ li ghandu anqas stima ġenerali.
- Jiddependi minn kemm ħin ikun lagħab matul il-gimgħa bħal ma jiddependi fuq is-skills l-oħrajn.
- L-assistenti jgħinu biex jiżdid it-team-work ta' Tim, Pero l-influenza tagħhom hija anqas milli fi skills oħrajn
- It-team work ta' plejers anzjani jiżdied u jonqos aktar bil-mod. (Dan għaliex plejers anzjani huma aktar "change resistant")
- Wara kull trasferiment, it-team-work tal-plejer trasferit jonqos għall-anqas livell possibli.


Talent

It-talent huwa abilita moħbija tal-plejer biex ikabbar l-skills tiegħu. Jiddetermina l-efficjenza fit-training kemm jekk ikun plejer ta' l-ewwel Tim u kemm jekk il-plejer ikun junior jittrenja fis-sub junior school.

Eta'

Wara kull staġun il-plejers tiegħek jixjiehu b'sena. Plejers żgħar ikabbru l-iskills tagħhom aktar malajr. Jista jkun li ċerti skills jonqsu hekk kif il-plejer joqrob it-30 sena. Aktar ma jixjieħ aktar huwa iċ-ċans li jnaqqas is-skills tiegħu.

Valur

Bejn wieħed u ieħor il-valur tal-plejer jiddependi mill is-skills tiegħu. Il-valur tal-plejers ma jirraprezentax il-valur tiegħu fis suq meta jkun qiegħed fuq il-lista tat-trasferimenti.

Paga

Speċifikat fil-kuntratt tal-paga ta' kull ġimgħa, li jiddependi ukoll mill kapaċitajtiet tal-plejer. Kull meta jibda staġun ġdid, il-kuntratti jerġaw jigu nnegozzjati u il-paga tiġi stabilita mill ġdid.

Tul tal-plejers

Players twal ser ikollhom iċ-ċansijiet aħjar biex jirbhu duels bir-ras ghall-ballun fl-ajru . Madankollu, il-plejers iqsar ser jkunu aktar hfief biex jitilqu jigru (veloċità massima xorta se jibqgħu l-istess għall-pleyers kollha ta 'l-għoli u huwa dipendenti fuq il-ħiliet attwali).

Tkeċċija ta' plejers

Jekk taħseb li għandek xi plejer li ma jilħaqx il-kapaċitajiet meħtieġa biex jifforma parti mit-tim tiegħek, u fl-istess ħin taħseb li anqas jistħoqlu jkun fuq it-transfer list, tista tkeċċieħ. Jekk tkeċċi plejer, dan ma jibqax jifforma parti mit-Tim tiegħek u ma jkunx aċċessibli għal timijiet oħra. Effetivament, meta plejer jitkeċċa mit-Tim partikulari, jkun tkeċċa darba għal dejjem mid-dinja ta' Sokker.

Plejers li jifformaw parti mit-Tim nazzjonali u jkunu lagħbu mill anqas partita man-nazzjonal ma jistawx jitkeċċew. Plejers li ma jiffurmawx parti minn nazzjonal, xorta jistaw jitkeċċew, anki jekk il-livell tagħhom huwa ta' nazzjonal.

Plejers tan-nazzjonal li huma parti min bot teams (timijiet mingħajr user) ikunu mpoġġija awtomatikament fuq il-lista tat trasferimenti hekk kif user ġdid jingħata dak it-Tim partikolari li jkun iffurmat minn plejers ġodda
2009-11-05 14:25:07
Fejn ikun tim mingħajr il-Kowċ? Imkien, peress li ebda progress ma jkun sar. Il-Kowċis tiegħek jibdlu l-ħiliet tal-plejers waqt sessjonijiet ta’ taħriġ u jieħdu ħsieb il-junior tat-Tim.


Ħiliet ta’ taħriġ :-


Kull Kowċ huwa bbażat għall-effett tat-taħriġ għal kull settur ta’ l-iskills. Dawn il-punti huma importanti proprja għall- main Kowċ u għall-Kowċis oħra huwa meħtieġ biss għall-ħiliet ġenerali tal-Kowċ (ara hawn taħt). Inti għandek tipprova jkollok Kowċ tiegħek bl-ogħla ħiliet possibbli fis-settur li inti għandek il-ħsieb li tittrenja.

Appraisal Ġenerali :-

Appraisal ġenerali ta’ Kowċ tiddependi fuq is-somma individwali tal-marki għall-ħiliet individwali tat-taħriġ - Huwa importanti ħafna għall-assistant Kowċis –Aktar ma jkollhom appraisals għoljin aktar ikun hemm ċans li huma jgħinu lill- main Kowċ. Barra minn hekk, għall-iskola tiegħek tal-junior inti għandek tagħżel Kowċ Appraisal ġenerali ogħlja kemm jista ikun. Aktar ma tkun għolja l-Appraisal Ġenerali , aktar malajr il-juniors tiegħek se jitjiebu. It-taħriġ u l-kordinament tat-Tim (team-work) biss tiddependi fuq il-Kowċis ġenerali tiegħek, l-aktar ibbażata fuq il-head Kowċ imma ftit affettwati mill-assistenti. iktar ibbażati fuq il-head Kowċ izda jkunu affettwati ftit mill-assistenti ukoll.


Qligħ :-

Ġeneralment, aktar ma’ l-Kowċ ikun tajjeb, iktar ikollu salarju għoli. Fil-bidu, inti mhux ser tkun kapaċi li taffordja tħallas għal Kowċ meraviljuż , sakemm inti ma tkunx tixtieq tfalli l-klabb tiegħek. Is-salarju tal-Kowċ ma jiġix negozzjabli – jibqa’ fl-istess livell tul il-kuntratt tiegħu mal-klabb.

Eta :-

Il-Kowċ tiegħek huwa bniedem, f'xi mument huwa jista’ javvżak li ser jirtira mill-karriera tiegħu tal-Kowċing. Tkunux sorpriż jekk xi darba tirċievu messaġġ mingħand il-Kowċ tagħkom li jkollu ftit ta’żmien fejn ikun jgħid li ser jitlaq il-klabb biex imur għall-irtirar fuq Bermuda.




Tfittxija għall-Kowċis :-


Għall-ewwel meta tibda tilgħab f’Sokker, il-klabb tiegħek ser jiġi pprovdut b'xi Kowċis. Dawn mhux se jkunu l-aħjar Kowċis li inti possibilment jista’ jkollok, dawn ikunu nżammu fil-klabb tiegħek grazzi għall-konoxxenti fost is-sidien preċidenti tal-klabb. Madankollu, dawn għandhom vantaġġ wieħed li hu importanti; is-salarji tagħhom huma baxxi. Inti tista’ faċilment tkeċċihom u tfittex Kowċ iehor faċilment.


Reklutaġġ :-


Inti tista’ tfittex għal Kowċ billi tuża’ l-formola tat-tiftix tal-Kowċ. Biex tingaġġaħ Kowċ ġdid tiġik għolja. Aktar ma jkunu definiti bil-preċiż it-taħriġ tal-plejer, l-ispiża se tkun ogħla. Inti trid tħallas din is-somma anki jekk fi tfittxija ma jsibx Kowċ li jgħodd għall-ħtiġijiet tieghek.
Kowċ ser jasal għall-ħiliet li ser ikunu kważi komparabbli ma’ dawk li inti għażilt ġol- formola tat-tfittxija tal-Kowċ . Jekk ser jiltaqa’ ma l-aspetti tiegħek, inti tista’ tuża’ li taċċettah, billi tingaġġah mat-Tim. Jekk tiffirma kuntratt ma jiswik xejn bħala flus, madankollu meta kuntratt huwa terminat, il-Kowċ jirċievi s-salarji tiegħu tal-ġimgħa sħiħa. Madankollu jekk ma jilħaqqax ir-rikwerimenti meħtiġa minhekk inti m’għandekx għalfejn tiffirma l-kuntratt miegħu, inti tista’ tissekjah (sack) u tfittex għal Kowċ ieħor. Sacking Kowċ mingħajr ma tiffirma l-kuntratt ma tiswik xejn bħala flus.
Ħjil: Irranġa l-ħiliet fil-formola mitluba għall-ġeneral appraisal fit-tiftix ta’ assistent jew junior Kowċ (eż: kollha medji għal Kowċ medju).

Tkeċċija tal-Kowċis :-

Kif intqal qabel, sacking Kowċ , Kowċ li għad trid tassenja huwa b’xejn. Madankollu ladarba int assenjajt Kowċ , se jiswielek ġimgħa paga biex tis-sack dak il-Kowċ . Jekk il-Kowċ huwa sacked, inti tista’ żżidu mal-lista tal-kuntatti.

Assenjamenti tal-Kowċis :-


Ladarba int aċċettajt Kowċ , huwa jigi miżjud mal-lista tal-personel tat-Tim u jista’ jiġi misjub ġot- training screen taħt is-sezzjoni tan-No Assignments. Dan ifisser li l-Kowċ ġie ngaġġat, iżda għad irid jiġi assenjat fil-post tat-Tim tiegħek. Il-postijiet tal-head Kowċ , assistant Kowċ u sub junior Kowċ jista’ jiġi mittieħed minn kwalunkwe wieħed mill-kuntrattati Kowċis tiegħek. Int għalhekk għandek tassenja l-Kowċ tiegħek għall- post, li inti rreklutajtu biex timla’. Inti kapaċi biex tbiddel l-assenjamenti tal-Kowċ mingħajr ħlas fi kwalunkwe ħin kif ukoll tista’ tbiddel l-assenjazzjoni tiegħek b’xejn biex (eż: tippromowtja l-assistent Kowċ għal head Kowċ eċċ). Kwalunkwe Kowċis li ma ġewx assenjati fir-rwol se tkompli tirċievi s-salarji tieghu (anki jekk m’huma jagħmlu xejn).

kuntratt u suq tal-Kowċis :-

Kowċis li jiġu sacked minn xi klabb (jekk qabel kienu inkarigati), jekk jixtiequ jkomplu il-karrira tagħhom ta’ Kowċis, se jmorru fil-lista tat-trasferimenti tal-Kowċis. Jekk tixtieq lil xi wieħed minnhom biex tingaġġaħ mall-klabb tiegħek, imbagħad inti tista’ tagħmel dan billi titfa' bid fuqu. Il-flus immoru direttament għand il-Kowċ , u l-kllab li kien ġo fih qabel ma jirċiviex flus. Jekk l-irkant ma jispiċċax f’ġimgħa, (l-irkant rebbieħ ma jiffinalizzax il-kuntratt), l-irkant jiġi annullat u l-klabb rebbieħ irid iħallas 10% ta’ l-offerta mqiegħda.
2010-01-05 22:15:43
Għall-finijiet ta’ l-iżvilupp u għat-titjib tat-Tim tiegħek, il-plejers tiegħek għandhom ikunu mħarrġa sew. Ta’ kull ġimgħa inti tista’ tagħżel taħriġ li ser ikun imħarreġ matul taħriġ individwali. Ħafna tipi ta’ taħriġ jistaqsu jekk il-plejer ikun lagħab fil-pożizzjoni magħżula ta’ matul il-ġimgħa, fil-partita ta'ħbiberija / tazza tal-Pajjiz / jew fil-logħba tal-league .

Plejer li jkun lagħab fl-istess pożizzjoni (e.z. bħala difensur) darbtejn matul l-istess ġimgħa jiġi mħarreġ aħjar minn dak li jkun lagħab f’logħba waħda biss. Bl-istess mod, plejer li jkun lagħab fil-logħba uffiċjali jiġi mħarreġ aħjar minn wieħed li lagħab fil-friendly. Jekk plejer ikun lagħab f’żewġ pożizzjonijiet differenti matul il-ġimgħa, l-aħħar logħba tgħodd. Il-benefiċċju li tilgħab plejer bl-istess pożizzijioni match orders darbtejn f’ġimgħa huwa żgħir - Huma jirċievu kważi taħriġ sħiħ billi jilagħbu l-ewwel logħba. Jekk huma jilagħbu man-nazzjonali biss, se jirċievu biss madwar 50% tat-taħriġ normali. Plejers ma jirċevux taħriġ fil-ħin miżjud extra time għax ikunu għajjenin wisq.

Id-differenzi fit-taħriġ li jirriżultaw mill-apparenzi tal-plejer matul il-ġimgħa, huma żgħar. Plejer li jkun lagħab fil- friendly waħda biss, se jkollu biss ftit inqas taħriġ effettivit minn wieħed tal-ewwel Tim . Id-differenza hija iżgħar għal plejer li lagħab żewġ logħbiet minflok waħda biss.

Il-karatteristika moħbija individwali ta’ kull plejer hija t-talent tiegħu. Iktar ma jkollu talent il-plejer, hu se jieħu aktar vantaġġ ta’ taħriġ u jtejjeb il-ħiliet tiegħu aktar malajr. Bl-età biex ittejjeb l-abbiltà li ddgħajfet, aktar ma’ l-plejer ikollu żmien aktar it-taħriġ tiegħu ser idumu ma jitjieb. B’żieda għal taħriġ individwali, iseħħ sezzjoni ta’ taħriġ ġenerali. Il-plejers kollha li pparteċipaw fil-loghbiet tal-ġimgħa kurrenti ser jiparteċipaw fiha. L-effettività tat-taħriġ ġenerali hija ħafna iżgħar minn dik ta’ sessjoni ta 'taħriġ individwali.

Il-kwalità ta’ kemm taħriġ ġenerali kif ukoll individwali hi r-responsabbiltà tal-Kowċ prinċipali. Il-karatteristika li tgħodd hija l-aktar ħila individwali tat-taħriġ tiegħu; l- appraisal ġenerali tiegħu ma jinfluwenzax l-effettivita tat-taħriġ. Agħżel head-Kowċ li għandu abilità għolja fit-taħriġ u l-ħiliet li int għażilt għat-taħriġ individwali. Iddeċiedi kemm hu importanti għalik, l-abilitajiet l-oħra tal-Kowċis u jekk tista’ taffordja aktar biex tħallas għal Kowċ aħjar.


L-assistenti jistgħu jkunu ta’ għajnuna għall-main Kowċ biex itejjeb l-effettività tiegħu fit-taħriġ - aktar ma l-assistent ikun tajjeb ( rigward appraisal ġenerali ); aktar ikun jista’ jgħin lill-Kowċ prinċipali. Madankollu tqabbadx ħafna assistenti. Jekk tqabbad aktar minn 3, se jargumentaw bejniethom, u dan jirriżulta li t-taħriġ ikun anqas effettiv, jew anke jintilef.

Nota li meta tissostwixxi plejers, huma se jirċievu biss it-taħriġ skond kemm damu jilagħbu fil-logħba. Il-plejers għandhom jilagħbu logħba bl-istess ordni (def, att eċċ) fiż-żewġ logħbiet ta’ l-istess ġimgħa, inkella biss fl-aħħar logħba li huma lagħbu se tgħodd għat-taħriġ (anki jekk inti tkun qed tħarreġ il-pace). L-unika darba meta l-ordnijiet tal-logħba ma jgħoddux hija bit-taħriġ stamina.


Taħriġ ta’ stamina

Din il-ħila titħarreġ aktar malajr. Il-plejers kollha tat-Tim jitħarrġu irrispettivament jekk ma jkunux qed jilagħbu jew le fit-Tim ta’ dik il-ġimgħa. Il-plejers jitħarrġu bl-istess effiċenza irrispettivament mill-età u t-talent. Madankollu, l-istamina mhix imħarrġa tista’ tinżel, anki għall- plejers żgħar. L-għola Stamina li plejer jista’ jilħaq hija Formidabbli.


Taħriġ tal-pace

Il-Pace jiġi ttrenjat mill-plejeres kollha li ta’ l-anqas lagħbu darba f’ġimgħa, rigward il-pożizzjoni. Minkejja li dan huwa simili għat-taħriġ ta’ l-istamina, il-pace huwa taħriġ fiżiku u għalhekk l-effettività tagħha tiddependi kemm f’ l-eta tal-plejer kif ukoll fuq it-talent tiegħu.


Taħriġ l-istriker

L-istrikers (pożizzjoni ATT) jitħarrġu bl-aktar mod effettiv, ftit aktar mill-midfielders (MID), difensuri (DEF) u goalkeepers (GK)


Taħriġ tal-passing

Passing huwa l-aktar effettiv u mħarreġ mill-midfielders (MID), il-bqija tal- pożizzjonijiet jitħarrġu aktar bil-mod. Jekk inti tixtieq li ttejjeb l- effett tat-taħriġ għal pożizzjonijiet oħra, tista’ tagħmel hekk ukoll. Madankollu, dan se jirriżulta tnaqqis tat-taħriġ effettiv għall- midfielders.

Taħriġ tal-playmaking

It-taħriġ għall-playaking huwa simili għal dak tal- passing. Il-pożizzjoni li l-aktar japrofittaw minnha huma mill-playmakers \ midfielders (MID). Simimli għat-taħriġ tal-passes, inti tista’ wkoll tibdel l-effettivita għal pożizzjonijiet oħra; madankollu se jirriżulta wkoll li jnaqqas l-effiċenza tat-taħriġ għall-midfielders.

Taħriġ ta’ Diffensuri (tackling the ball)


Inti tista’ tagħżel il-pożizzjoni li se tħarreġ id-diffensuri bl-aktar mod effettiv matul il-ġimgħa, tista’ tagħżel bejn ATT, MID and DEF. Il-pożizzjonijiet li jibqgħu se jiġu mħarrġa aktar bil-mod.


Tħarriġ ta’ technique

Simili għad-difiża, Dan it-taħriġ huwa wiehed mil-aktar intensiv ittrenjat għall- pożizzjoni magħżula għall-ġimgħa kurrenti

Taħriġ ta’ goalkeeping

Il-goalkeepers biss (pożizzjoni GK) li lagħbu matul il-ġimgħa jieħdu sehem. fit-tħarriġ.

Tactical Discipline

Id-dixxiplina tat-tattika tiżdied jew tonqos indipendentament mit-taħriġ tal-ħiliet l-oħra. Esperjenza akkwistata jew mitlufa hija bbażata fuq logħbiet li ntlagħbu, attivitajiet fil-logħbiet, u tip ta’ logħba. Plejers ta’ livell aktar baxx ta’ esperjenza jżidu l-ħiliet aktar malajr milli plejers ta’ livell għoli. Team-work jirrappreżenta kif Kowċ jista’ jgħallem tattiċi u kemm il-plejer tgħallem ma’ dak il-klabb li jiddependi primarjament fuq il-head Kowċ Appriasal ġenerali. Team-work jiddependi fuq kemm ikun lagħab ħin fil-logħbiet tal-ġimgħa ta’ dak it-Tim. Plejers li jkollhom aktar eta it-team-work tagħhom jiżdied u jonqos ftit (huma jkollhom aktar biddla reżisenti). Wara kull trasferiment, team-work tal-plejer trasferit jinżel għall-anqas livell.
2010-01-05 19:51:00
Fil-klabb tiegħek ser jkollok skola sub junior. Dan huwa il-post fejn players żgħażagħ huma jiġu imħarga.Dawn il-juniors huma plejers żgħażagħ bi ftit esperjenza jew ħiliet biex jilagħbu fil-logħbiet uffiċjali.


Allokazzjoni ta 'Places.


Għall-iskola tiegħek inti għandek talloka numru ta' 'postijiet li wħud minnhom jistgħu jiġu okkupati minn Juniors tiegħek u wħud jistgħu jkunu vakanti sabiex tippermetti Juniors ġodda li ġejjin sabiex jidhlu fl-iskola. Kull post tiġġenera xi spejjeż ta 'kull ġimgħa (ara l-kapitolu 18). In-numru massimu ta 'postijiet li jistgħu jiġu allokati huwa ta' 30. Kull ġimgħa il-juniours il-ġodda jistgħu jingħaqdu fl-iskola, sakemm ikun hemm xi postijiet vakanti. In-numru ta 'parteċipanti ġodda li jissieħbu fl-iskola tieghek fil-ġimgħa hija bejn 0 sa massimu ta' 6. Jekk ma ikunx hemm postijiet vojta biex talloka l-applikanti godda, xi wħud minnhom se jiġu miċħuda milli jisiehbu fl-iskola tieghek, iżda qatt m'int se tkun taf min kienu l-applikanti miċħuda ... Huma jistaw ikienu min żgħażagħ inutli jew b'potenzjal ta'stilla għall-iskwadra tiegħek.


Plajers Allievi tiegħek.


Junior se jibqgħu fl-iskola tieghek ghall-numru ta' ġimgħat li jkun ikkowċjati. Fi ħdan l-iskola subalterni tista 'tara l-pożizzjoni preferuta ta' parteċipant (outfield jew gowler), l-età, il-livell ġenerali ta 'ħiliet huma stmati permezz ta' coach junior tiegħek, u n-numru ta 'ġimgħat li huma ser jibqgħu fl-iskola tiegħek,u inti ma tarax ħiliet individwali li jibqgħu moħbija .Jekk trid ikollok hjiel tad-distribuzzjoni tal-ħiliet tal-junior qabel jigu promossi, inti se jkollu tiżvolġi lilu fil-logħbiet tal-junior, u tivverifika l-kapaċità tiegħu dwar il-pożizzjonijiet varji. Meta l-junior lest biex jingħaqad mal-ewwel tim, inti tista 'tippromwovi lil dawn fl-ewwel tim, fejn inti tkun kapaċi li tara eżattament liema ħiliet il-juniour jippossjedi.


Kowċ tal-Juniors.


Ikollok bżonn timpjega coach ghaż-żgħażagħ biex jiżgura li Juniors tiegħek huma mħarrġa. Evalwazzjoni ġenerali tiegħu se jiddetermina kemm is-Juniors se jtejbu l-ħiliet tagħhom. Huwa se jiddeċiedi wkoll meta player ser ikun lest għall-ittestjar fil-lista ewwlenija Line-up. Ħiliet ġenerali tal-coach tal-junior Tiegħek tiddeċiedi dwar kif b'mod preċiż l-ħiliet ġenerali ta 'kull junior hija stmata. L-ogħla livell tal-coach, l-aktar eżatt il-livell ikun stmat jew determinat. Ukoll, l-aktar ma l-junior tiegħek jilgħab logħbiet, l-aktar adegwatament l-kowċ ikun jaf l-ħiliet totali tiegħu u jurihom lilek.


Taħriġ


Id-distribuzzjoni tal-ħiliet individwali huma ffissati għal kull juniour meta jidhlu fit-tim tal-junior tiegħek; kull ħiliet individwali jikbru proporzjonalment mal-hila ġenerali tal-junior tiegħek kull ġimgħa. Talent tagħhom u effiċjenza ġenerali tal-coaches jiddeterminaw kemm jiżviluppaw malajr u jekk humiex ser jiġu atturi tajbin wara li jħallu l-iskola. Jekk jilgħab junior jew ma jilgħbax ma jaffettwax it-taħriġ tiegħu - hu dejjem ser jihu taħriġ sħiħa.


Loghbiet tal-Juniors.


Il-logħbiet tal-Juniors huma simili ghal-logħbiet tat-tim tal-kbar bl-istess regoli. Il-parteċipanti jużaw il-ħiliet moħbija tagħhom, iżda l-giri tagħhom huwa kemmxejn mizjud biex jagħmlu l-partiti aktar divertenti. Barra minn hekk dawn għandhom il-forma tiegħhom fil-livell superdivine. Juniors ma tistax jibqa imwegga wara l-partita, jiġifieri jekk ikorru matul il-logħba ser jagħmlu l-irkupru ta malajr ezattament wara li logħba tkun lesta. Karti sofor / karti homor ma jiġux irreġistrati .


Sistema tal-League.

Tim junior ġdid dejjem jingħaqad fid-diviżjoni l-aktar baxx tal-pajjiż, irrispettivament mill-diviżjoni tal-klabb tal-kbar fl-liema livell ikun qed jilgħab. league Junior huwa eżattament bl-istess numru bħall-numru ta 'kampjonati tal-kbar. Id-diviżjonijiet junior mhumiex maqsuma kampjonati 8 tim - timijiet kollha minn kull livell ta 'diviżjoni junior jikkompetu fl-istess league (Allura juzaw l-istess tabella tal-kampjonat ). Kull ġimgħa rawnds huma ġġenerati b'mod random . Il-klassifika hija maqsum min-nofs, it-timijiet ta fuq tal-klassifika jilagħbu kontra xulxin,u timijiet nofs t'isfel tal-kampjonat wkoll jaffaċċjaw lil xulxin. Fil-kampjonat t'isfel hemm potenzjal fejn ikun hemm numru fard ta 'timijiet, ghaldaqstant l-istess tim jista' ma jkollomx Loghob fir-rawnd li jmiss. Dan huwa magħdud u għalhekk jekk issib tim tiegħek ma ghandux loghob dik il-ġimgħa, definittivament se jkollok logħba il-ġimgħa ta' wara. Logħbiet tal-kampjonat Junior ma jaffettwawx il-Rankings tat-tim tiegħek, madankollu, taffettwa l-burdata tal-partitarji, iżda bosta drabi tafetwa inqas minn partita ta hbiberija tat-tim tal-kbar tieghek. Tista 'wkoll tistenna partitarji ħafna inqas li jigu għall-logħob meta mqabbel ma' logħbiet tal-kbar tiegħek.
Nota: Jekk tim tal-junior’s jagħti walkover darbtejn wara xulxin, se jigi imneħħi mill-kampjonat tal-junior


Promozzjoni u relegazzjoni.

Kull staġun loghob tal-junior ikollu 14-rawnds, bħall-istaġun tat-timijiet tal-kbar. Wara li fażijiet kollha ikunu intlaghbu l-timijiet ta fuq ( top ) awtomatikament jikkwalifikaw għall-kampjonat ogħla. Id-daqs massimu ta 'kull diviżjoni junior huwa l-ekwivalenti tad-diviżjoni tal-kbar. In-numru ta 'timijiet promossi minn u relegati għal diviżjoni huwa dejjem anqas 50% tad-daqs massimu tad-diviżjoni. Iżda jekk id-diviżjoni ma tkunx ġiet mimlija, in-numru ta 'timijiet relegati jkun żgħir kemm jista' jkun
Per eżempju, jekk ikun hemm 32 tim fil-kampjonat IInd, 16 tim relegat u 16 biss jistaw 'jiġu promossi mid-diviżjoni l-baxxi. Iżda jekk dawn il-kampjonati IInd hemm biss 20-timijiet, għalhekk 4 timijiet huma timijiet relegati u 16 huma promossi minn IIIrd (4 timijiet fis-seħħ ta 'timijiet relegati u 12 timijiet fuq postijiet ħieles).
2009-11-25 19:56:00
Wieħed mill-modi bażiċi ta’ kif takkwista plejers ġodda f’Sokker Manager huwa li tixtrihom minn klabbs oħra. It-trasferiment tas-suq jaħdem bħala rkant. Innota li ma jkunx possibbli li titfa’ plejer għall-bejġħ 0 - ikollok bżonn li titfgħu ta’ l-anqas 1 Euro (jew $1) biex ikunu elenkati b'suċċess.

Meta tqiegħed plejer għall-bejgħ jinvolvi miżata ta’trasferiment li hija frazzjoni tal-bidu mill-prezz. Wara t-trasferiment, il-bejjiegħ għandu jħallas it-taxxa ta'4% fuq il-prezz riċevut. Jekk il-plejer mhuwiex oriġinarjament mit-tim tiegħek u huwa ta’ eta ta’ 23 jew anqas, f’dak il-kas 5% oħra tal-prezz iriċevut jmur għall-klabb oriġinali.

Wara li tpoġġieh għall-bejgħ, il-plejer jibqa 'fuq il-lista tat-trasferimenti għal jumejn sakemm ma jkunx irtirat minn min iħaddmu. Il-Plejer jista’ jiġi mneħħi mill-lista tat-trasferimenti jekk ikun għad m’hemm l-ebda offerta mqiegħda għaliħ. Meta l-offerta tiskadi, l-plejer se jimxi mal-klabb li jkun offra l-aktar flus għalih. Wara l-offerti, l-plejer jibqa' fil-klabb preċedenti tiegħu sakemm il-klabb il-ġdid jaċċetah jew jiġi mibgħut mis-sid li jkun tefgħu għall- bejgħ. F'dak il-mument, it-tranżazzjoni tkun kompluta

Jekk ix-xerrej ma jiħux il-plejer li jkun xtara jew l-bejjiegħ ma jibgħatx il-plejer li jkun biegħ , Huwa possibbli li trasferiment jiġi kkanċellat. Biex tagħmel dan, jekk iż-żewġ individwi jistennew ġimgħa wara li l-offerti jkunu għalqu, it-trasferiment ikun ikkanċellata awtomatikament, jekk dan iseħħ iż-żewġ utenti (users) jkollhom iħallsu 10% tal-prezz finali li jkun ġie offrut.

Daytrading

Sokker inkluda regoli mfassla sabiex jillimitaw daytrading tal-plejers. Kull player jista’ jirrifjuta l-proposta biex jiġi mibjugħ mill-iskwadra tiegħu.

L-opportunità li plejer jirrifjuta biex jiġi mibjugħ jiddependi fuq:

- In-numru ta’logħbiet li jkun lagħab għall-klabb - l-anqas li jkun lagħab, l-akbar huwa ċ-ċans ta' li jirifjuta

. - In-numru ta' plejers li jkunu tqiegħdu għall-bejgħ mill-iskwadra fl-aħħar
ġimagħtejn

- Forma tal-Plejer - l-inqas il-forma, iċ-ċansijiet li jirrifjuta t-trasferiment tiegħu
jiżdiedu (jaffettwaw inqas)

- Burdata tas-supporters - l-agħar burdata, aktar probabbli li plejer jaċċeta li
jitlaq (jaffettwaw inqas)

Ir-regolamenti tad-daytrading jeskludu il-plejers kollha li jkunu bdew mat-Tim u li dawk li jkunu ħarġu mill-iskola taż-żgħar (youth school )


Reklamar tat-trasferimenti

Hemm ħafna metodi ta’ kif tista’ tirreklama l-plejers tiegħek għat-trasferiment:
-Inti tista’ toħloq 3 reklami tat-trasferimenti għall- plejers biex tkun taf x'tip ta’ interess hemm għalihom fis-suq tat-trasferimenti billi tiklikkja fuq il-kelma "Biegħ" li hemm fuq il-paġna tal-plejer u wara klikkja fuq il-buttuna "oħloq avviz".Din itik ic-ċans sabiex tibda thread assoċjat ma dan il-plejer sabiex tkun tista’ tiddiskrivih u li jkun visibbli għal kull utent ieħor li ikun qed jara il-plejer tiegħek.Kif ukoll l-abilitajiet tal-plejers li ser ikunu reklamati ikunu jidru ukoll għal uteni anke jekk il-plejers ma ikunux fil-lista tat-trasferimenti.Fil-paġna tat-trasferimenti l-utenti jisgħu jfittxu għal plejers li huma illistjati taħt dan it-tip ta’ reklamar( Reklami tat-trasferimenti mid-dropdown list ).
- Għal plejers li jkunu jilqgħu l-kriterji minimi meħtieġa, inti tista’ tippostja f ‘dawn il-forums tat-trasferimenti Transfer (en), Transfer Star (en) and Transfer Junior (en) forums.Inti tista’ żżid dawn il-forums billi tiklikkja fuq “Uri il-forum l-oħrajn”. Jekk jogħġbok kun ċert li qabel tippostja f'’dawn il-forums aqra sew ir-regoli ta’ dawn il-forums.
-Inti tista’ tirekklama l-plejers tiegħek fil-forum tat-trasferimenti tal-pajjiż tiegħek u fil-forum tat-trasferimenti tal-pajjiż li l-plejer ikun oriġina minnu: Eżempju jekk int Ingliż u qed tbiegħ plejer Franċiż inti tista’ tirreklama l-plejer fil-forum tat-trasferimenti Ingliż u kif ukoll dak Franċiż.


Għandek tiftakar fir-regoli elenkati fil-bidu fair play fir-rigward tat-trasferimenti.
2009-08-16 21:45:27
Għal kull Tim, l-istadjum għandu tmien setturi għall-bini tal-postijiet għall-Partitarji biex ikunu jistgħu jaraw il-logħba. Kull parti tal-grawnd tista’ tiġi estiża jew mġarrfa, jiddependi skond budget tiegħek. Sabiex jinkisbu l-ispejjeż tax-xogħolijiet tal-bini mixtieq ta’l-istand, mur fil-menu Stadjum u daħħal il-postijiet li għandek bżonn. Kun konxju -li l-prezz tas-seats jikber proporzjonalment mad-daqs ta’ l-istand. Jista’jkun li tiġik irħas meta tibni żewġ stands żgħar minn meta tibni wieħed kbir.

L-Istands

Hemm erba’ tipi ta’stands. Kull tip jiddetermina l-prezz tal-biljett u n-numru ta’ l-ispettaturi. Uħud mill-Partitarji tiegħek ma jiġux għal-logħbiet sakemm inti tipprovdihom post sodisfaċenti minn fejn ikunu jistgħu jaraw il-logħba – stand adekwat. Partitarji jagħażlu stand orħos minn dawk li jkun jixirqilhom. Madankollu, spettatur x'aktarx jixtri biljett għall-istand b’prezz li jkun ogħla, jekk is-seat preferit tagħhom ikun mibjugħ.
Kull stand jista’ jiġi kopert permezz ta’saqaf li jagħmlu l-attendenza indipendenti mill-kondizzjonijiet tat-temp.

Waqt ix-xogħol tal-kostruzzjoni, l-istand ikun magħluq,u biss numru żgħir ta' partitarji li jkunu jistgħu joqogħdu fiż-żona.
Il-kostruzzjoni, xi drabi d-dati stmati u pprovduti mill- bennejja tiegħek jistgħu jvarjaw xi ftit minn kif imbassar.

It-tipi ta’stands kif inhuma ġejjin:


- (Bil-wieqfa fuq il-Haxix): L-ebda stand mhuwa mibni. F'kull settur tal-ħaxix, 100 spettatur biss huma permessi li joqogħdu mal-linja.


- Terazzini: Postijiet permanenti magħmula mill-konkrit. It-tieni l-aktar tip ta’stands irħas, madankollu hemm ċerti regolamenti imposti mill-Federazzjoni tal-Futbol, li jirrestrinġu d-daqs ta’ stands b'terazzini. L-istadjum tiegħek ma jistax ikun unikament magħmul minn terazzini biss.

- Bankijiet: L-irħas postijiet fejn tpoġġi bil-qiegħda

- Seats: L-aktar stands għoljin u Lussużi. Seats jiswew aktar mill-bankijiet, imma int tista’ tistenna aktar spettaturi li jistennew seat biex ipoġġu bil-qiegħda fil-waqt li jkunu qed jistennew lit-Tim tagħhom biex joħroġ għal-logħba.
2009-08-11 19:57:14
Kull klabb għandu numru ta’ partitarji li jkunu fidili u lesti biex jappoġjaw tim favorit tagħhom. Dawk l-aktar fanatiċi iħallsu tessera mal-klabb tal-partitarji tagħhom (l-għadd totali huwa disponibbli fl-Uffiċċju menu). Irrispettivament mid-daqs tal-klabb tal-partitarji, għal kull logħba hemm dejjem addizzjonali każwali ta’spettaturi, jiddependi fuq it-temp, il-daqs tal-klabb tal-partitarji u l-burdata fost il-membri tal-klabb tal-partitarji tat-tim tal-viżitaturi.

Il-burdata kurrenti tal-partitarji tal-klabb tiegħek tinstab fl-uffiċċju menu.
Hemm ċerti gruppi ta’partitarji, li wħud minnhom mhux se jattendu logħbiet jekk m'intix ser tipprovdilhom l-aħjar kundizzjonijiet possibbli fil-grawnd. Per eżempju, xi wħud minnhom ma jiġux il-grawnd biex jaraw il-logħba, jekk ma’ jkunx hemm seats koperti b’tinda biex jaraw il-logħba minn taħtha.

Ta’ kull ġimgħa id-daqs tal-klabb tal-partitarji jiġi aġġornat. L-ammont ta’partitarji li jissieħbu fih tiddependi fuq:

- Divizjioni tal-Klabb
- Prestiġju tal-league
- Rank tal-avversarju

Il-logħob tal-kwalifikazzjoni għandhom aktar influwenza fuq il- burdata tal-partitarji minn logħba tal-league.
2009-08-11 19:52:48
Il-logħob jintlgħab dejjem skond ir-regoli tad-dinja reali tal-futbol.

Selezzjonijiet tal-line up

Għal kull logħba inti suppost tisselettja ħdax il-plejers u sa ħames plejers fuq il-bank tas-sostituti. Plejers li jkunu weġġgħu u jdumu sa sebat ijiem ma jistgħux jipparteċipaw fil-logħba. Plejers li ma jkunux kurati sa l-aħħar (inqas minn sebat ijiem ta’ kura, huma mmarkati li huma mweġġgħin ħafif) jistgħu jieħdu sehem fil-logħba imma ser jilagħbu bl-inqas kapaċita tagħhom. Plejer li jkollu 3 karti sofor jew aktar jew waħda ħamra jitlef logħoba uffiċjali (inti ser issib karta ħamra ħdejn ismu.) Plejers li mhumiex fi stat li jilagħbu jew huma penalizzati mhux ser jipparteċipaw anke jekk ikunu magħżula fil-line-up.

Għal kull plejer inti suppost li tagħżel is-selezzjoni għall- pożizzjoni tagħhom mill-:

GK – keeper
DEF – difensur
MID – midfielder
ATT – attakkant

Dan l-inkarigu jiddetermina il-mod li futboler magħżul ser ikun jilagħab (eż. id-difensur jitratta l-ballun aktar milli jipprova jiddribiljah u jaqbeż lill-avversarju u jekk ma jagħmilx dan iħalli t-tim tiegħu f’inkwiet jekk jitlef il-ballun.) Kull pożizzjoni għandha numru massimu ta’ plejers li jistgħu jiġu assenjati għaliha. Dawn huma: 1 għall- GK, 5 għad- DEF, 5 għall- MID u 3 għall-ATT. Jekk inti tilgħab iktar mill-massimu li huwa permess f’ dan l-ispazju (eż. 6 DEF) jew ma tissetjax il-line-up inti titlef it-taħriġ sakemm ma taqlibx għall-istamina.

Aqra l-kapitlu ‘Taħriġ’ biex tkun taf kif pożizzjoni mogħtija titħarreġ.

Jekk xi wieħed mill-timijiet jassenja inqas minn 10 players jew iħassar t-tattika ssetjata għal-logħba, it-tim l-ieħor awtomatikament jirbaħ il-logħba. Il-plejers li jkunu ssetjati fil-line-up tal-logħba ( l-ewwel 11 il-plejer ) mit-tim rebbieħ ser jiġu ttrenjati bħal li kieku l-logħba seħħet mingħajr sustituzzjonijiet.

Sustizzjonijiet

Matul il-logħba huwa neċessarjament li tibdel il-plejer li jkun qiegħed jilgħab fil-grawnd ma’ dak li jkun bilqiegħda fuq il-bank meta jweġġa’ xi plejer . F’dak il-mument plejer li jkun fil-quċċata tal-lista tas-sustizzjonijiet għall-pożizzjoni mogħtija jinbidel ma’ dak li jkun weġġa’.

Minbarra l-line-up, huwa wkoll possibbli li jsiru ordnijiet oħra għall-logħba. Fl-ordni biex tagħmel sustizzjoni - sabiex tagħmel sostituzzjoni, jkollok bżonn li tistabbilixxi minuta u l-kondizzjoni fejn inti tixtieq li tieħu post biex din iseħħ, Huwa wkoll possibbli li tissetja l-plejer li inti tkun tixtieq li jagħti penalty jew free kick (fuq in-naha tal-avversarju biss). Inti ma tistax tissetja l-plejer li jagħti l-corner.


Għall-ordnijiet kundizzjonali elenkati t’hawn taħt, il-minuta ser tfisser minuta biex tibda tiċċekja l-kundizzjonijiet, mhux il-minuta li l-kundizzjonijiet huma ċċekjati (jekk tissetja kundizzjoni fl-ewwel minuta, din tista’ tiġri fid-89 il-minuta per eżempju l-avvenimenti ser jiġu ċċekjati matul il-logħba kollha, minflok fl-ewwel minuta biss kif kien ser ikun qabel ):

* plejer għandu karta safra
* Karta ħamra jew m’hemmx plejer
* plejer huwa ftit imweġġa’

Nota:
Jekk ma tissetjax plejer biex jagħti l-free kick, il-free kick jew il-corner kick ser jingħata mill-plejer li huwa l-eqreb tal-ballun.

Walkovers

Tim ser jirċievi walkover meta:

-Meta l-avversarju jissetja anqas minn 10 plejers fil-logħba (5:0),
-It-tattika giet imneħħija mill-editur tat-tattiċi qabel il-logħba u ma ssejvjajtx oħra ġdid (5:0)
- Jekk il-line-ups taż-żewġ timijiet ifissru li l-logħba hija walkover, ser jiġri dak li ġej:

* 0:0 – jekk din hija logħba league,
* 1:0 – jekk din hija logħba tal-cup.

Il-video kopert tal-logħba

Għal kull logħba inti tista’ tara video tal-logħba , biex tara kif ikunu marru l-plejers tiegħek matul il-logħba, tara l-aktar azzjonijiet interessanti u tara kif ħadmu t-tattiċi tiegħek.
Għal navigazzjonijiet uża’ dawn kodiċi :
- [Home], l-ismijiet tal-plejer juri on / off
- [Space], panel tal-keys on / off
- vleġeġ [left][right], kajman / aċċelerazzjoni tal-video, video live
ma tistax tiġi editjata
- vleġġa [down], pause
- [alt] + [F4], ittem il-video

l-Istatistika ta’ wara l-logħba

Wara l-logħba l-istatistiċi għaż-żewġ timijiet huma disponibbli:
- Pussess tal-ballun, il-pussess jingħadd mill-mument li jinkiseb il-ballun
sal-mument li jintellef , Set pieces ma jgħoddux.

- Tilgħab fil-ħin li huwa mogħti, il-ħin ta’ meta l-ballun baqa’ fuq in-naħa
ta' Tim minhom.

- Jekk ir-rata tat-tim tiegħek taqbeż il-50%, tiċċelebrax - dan ifisser li
t-tim bażikament iddefenda aktar milli attakka!

- shots on goal
- fouls
- bookings



- effiċenza tax-xuttijiet, tqassim u difiża, ikkalkulati bħala medja ta 'marki individwali tal-plejers kollha (eż: id-difensur ittekilja l-ballun mingħand l-avversarju tiegħu) jew attenda biex jiddefendi, l-ħila tad-difiża tiegħu tkun murija waqt iċ-ċaqliqa tieghu jittieħdu l-marki totali tat-tim.) Dak li hu jikkontribixxi jiddependi fuq il-ħiliet tiegħu tad-difiża, il-forma kurrenti jew jekkx kien suċċessibli. Anke l-aħjar plejers xi drabi jixxuttjaw ħazin. Ftakar li l-marki jikkonsistu fuq il-medja tal-performance individwali tal-plejers tiegħek u ma jqisux il-fatt kif il-plejers tiegħek lagħbu bħala tim. Dan jiddependi minnek, speċjalment mit-tattiċi li inti tagħżel.


Il-marki individwali tal-plejers wara l-logħba

Meta tiklikkja fuq il-marki individwali inti tista’ tara mejda bil-marki u bl-istatistiċi tal-plejers kollha li ser jipparteċipaw fil-logħba mogħtija. Il-kolonni jindikaw dan li ġej:

-Il-marka:il-marka ġenerali għall-plejer, tiddependi fuq il-preżentazzjoni ġenerali. Aktar ma l-plejer ikollu ċansijiet li jieħu l-vantaġġi tal-ħiliet tiegħu aktar se jieħu marka għolja. Il-marka tiddependi fuq il-pożizzjoni; fatturi differenti huma kkunsidrati, eż: għall-attakkanti l-aktar ħaġa importanti hija l-kwalita` ta’ l-attakki tiegħu (jekk kellu opportunitajiet). Il-forma tal-plejer tiddetermina mill-ħiliet utilizzati tiegħu allura dan ukoll jutilizza l-marki tiegħu.

- Il-ħin tal-logħob - jidħol/joħroġ mill-grawnd
- Numru ta’ Attakki on goals
- Fouls

-OFF-Persentaġġi- ta’ azzjonijiet offensivi- il-ħin tal-logħba meta l-plejer iċċaqlaq bil-ballun, ippasjah u ddribiljah minn maġenb l-avversarji.
-DEF-Persentaġġi ta’ azzjonijiet difensivi- il-ħin ta’ meta l-plejer jittakilja l-avversarju jew jittekilja l-plejer li kien bil-ballun. Innota li dan il-fattur m’għandux ikun l-ogħla wieħed għad-difensuri - għal timijiet biex kostantement jattakkaw; il-plejers l-aktar attivi huma l-midfielders u anke l-forwards.

Kummentarju

Summary ta’ l-aktar azzjonijiet importanti, bħal:
- Goals.
- Shots meta l-ballun jaħbat mal-lasta, mal-post jew jintilef għal naqra.
- Shots meta l-goaler għandu problema biex isalva l-ballun.
- Karti sofor u ħomor.
- Sostituzzjonijiet.
- Penalties
2011-04-24 18:58:48
Kompetizzjonijiet tal-League

Is-sistema tal-league f’kull pajjiż hija mqassma f’diviżjonijiet, li jinkludu numru ta’ timijiet dipendenti fuq il-livell tad-diviżjoijiet. Fl-ogħla livell, hemm dejjem league wieħed – l-aktar wieħed importanti u prestiġġjuż tal-pajjiż. Kull diviżjoni inferjuri tikkonsisti 4 darbiet aktar ta’ leagues milli d-diviżjoni li hija direttament fuqha, u allura:


L-Premier : league 1,
It-1 Diviżjoni : 4 leagues,
It-2 Diviżjoni : 16 il-leagues,
Ir-3 Diviżjoni : 64 leagues,
eċċ.

Kull league għandu 8 timijiet li kull tim jilgħab darbtejn kontra kull Tim, li jagħtu 14 il-logħba matul kors ta’ staġun. Il-punti huma assenjati bħal li kieku f’logħba vera ta’ league; allura għal rebħa, it-tim jieħu 3 punti meta jiġi draw, u t-tim jieħu punt wieħed. L-ordi ġot-tabella hija determinata u bbażata fuq dawk li ġejjin (mill-aktar importanti sa l-anqas importanti):
-punti
-differenzi tal-goal
-numru ta’ gols għall-
-il-pożizzjoni fil-league fl-aħħar ta’ l-istaġun

Fl-aħħar ta’ l-istaġun, ir-rebbieħ tal-league mill-ogħla diviżjoni jsir iċ-champion tal-pajjiż.

Promozzjoni u relegazzjoni


L-aħjar 25% tar-rebbieħa tal-league min leagues aktar baxxi jiġu promissi ghal divisioni ogħla mingħajr ma jkollhom għalfejn jilagħbu logħba tal-kwalifikazzjioni, Dan ifisser ukoll li l-agħar 25% mit-timijiet (ikklasifikati bil-punti, b'differenza tal-goal, u l-pożizzjoni tal-league fit-tmiem ta’ l-istaġun kif inhu desktitt fuq) se jkun awtomatikament rrilegat). Dan ifisser li tim li jkun fit-8 post mhux dejjem ikun rrilegat awtomatikament. Ir-rebbieħa tal-league jilgħabu play-offs ma’ timijiet li huma klassifikati mill-5 sat-8 post.

Timijiet jigu magħżula Par par ,għal play-off huma jigu maghzulha skond il-punti l-għan huwa biex jilghabu fuq bażi ta: l-aktar dgħajfa ma 'timijiet mill-ogħla leagues u jilagħbu kontra l-iktar tim b'saħħtu.. Fil-każ ta’ meta timijiet jiġu draw, it-timijiet jilagħbu il-ħin miżżjud jew eventwalment jagħtu penalties. Il-logħba tintlagħab fl-istadium tat-tim mill-ogħla league.

It-Tazza


Tazza Nazzjonali tibda qabel l-ewwel round ta’ staġun ġdid. In-numru ta 'timijiet li jikkwalifikaw għall-tazza huwa l-ogħla livell esponenzjali possibbli ta' 2. U għalhekk, f'pajjiż bi 3 diviżjonijiet (21 kampjonati, 168 timijiet) in-numru ta 'timijiet li jistgħu jieħdu sehem fit-tazza hija ta’128. Il-tazza nazzjonali hija bbażata fuq punti ta 'klassifikazzjoni li huma użati biex jiddeterminaw jekk tim jikkwalifika għall-tazza u li jiddetermina l-polza għat-tazza. Dan iżid l-importanza ta 'logħbiet ta’ ħbiberija, speċjalment għat-timijiet li ikun naħa t’isfel tal-kampjonat, għaliex it-telf tal-punti fir-ranking jista' jiddeċiedi jekk tim jikkwalifikax jew le. Il-paġna tar-rankings nazzjonali ta' pajjiż juri t-timijiet li se jikkwalifikaw għat-tazza fl-istaġun ta’ wara, billi jenfasizzaw dawk li mhumiex kwalifikati bi sfond ta’ kulur griż. Il-kwalifikazzjoni hija ddeterminata mill-pożizzjoni fit-table league u fi tmiem ta’ l-aħħar ta’ l-istaġun huma deskritti fit-taqsima tal-Kompetizzjoni tal-League t’hawn fuq. Din il-klassifikazzjoni hija importanti wkoll safejn huwa kkonċernat is-seeding.


F’kull round it-timijiet ser ikunu allokati f'żewġ gruppi skond is-seeding bbażat fuq il-pożizzjoni tar-rankings tas-sena ta' qabel immarkata b'gimgha numru 15 , ġol- basket No:1 hemm il-50% tat-timijiet li huma “l-aktar b’saħħithom”, u fit-2 basket jikkonsisti “l-aktar 50% dgħjjefa ”. Ladarba dan huwa magħmul il-pairing, imbagħad dawn jitħaltu Random – eż. kull tim mill-ewwel basket jista’ jitla biex jilgħab ma’ kwalunkwe tim ieħor mit-tieni basket.

It-timijiet jilagħbu logħba waħda biss, ġo l-istadium tat-tim li huwa aktar dgħajjef. Logħob huma jintlgħab fuq sistema tal-cup, b’ħin miżjud u jekk ikun neċessarjament anke penalties.

Tazza tac-champions

It-timijiet fil-quċċata ta 'kull pajjiż f'Sokker u li jieħdu sehem fi tazza tac-Champions tal-klabbs ta'Sokker. In-numru totali ta 'parteċipanti fit-Tazza tac-Champions huwa ta' 128 tim.

Ic-Champions tal-League ta' kull pajjiż li diġà għandhom tim nazzjonali jipparteċipa fit-Tazza. In-numru totali ta 'parteċipanti huwa kkompletat bit-rebbieħa tat-Tazza Nazzjonali mill-pajjiżi li għandhom l-klassifikazzjoni nazzjonali ogħlja. Fil-każ li tim wieħed jirbaħ Kampjonat Nazzjonali u kif ukoll it-tazza Nazzjonali, imbagħad il-post Champions Cup jiċċaqlaq u jigi stabbilit mir- rebbieħa tat-Tazza Nazzjonali tal-pajjiż li jmiss fil-prijorità nazzjonali.


Din il-kompetizzjoni hija maghmula permezz ta 'eliminatorja li nużaw f'sistema, simili għal dik tat-tazza nazzjonali. Il-poloz ser ikunu bbażati fuq systema ta' seeded skond ir-ranking tat-timijiet kurrenti.


Partiti ta’ Hbieberija

It-timijiet li ma kkwalifikawx għat-Tazza, jew li diġa kienu eliminati għandhom ħin aktar f’nofs il-ġimgħa. Huma jistgħu jingħaqdu ma’ wieħed mill-leagues ta' ħbieberija (jekk dawn ikunu jeżistu) jew jaqblu ma’ tim ieħor biex jilagħbu Partita ta’ Hbieberija waħda. Il-logħba tista’ tintlgħab billi tuża’s-sistema tal-league (mingħajr ħin extra jew penalties) jew tuża’ s-sistema tal-cup. Jekk tixtieq tistieden tim għall-Partita ta’ Hbieberija, mur ġol-kalendarju tal-logħba tagħhom. Jekk huma disponibbli għal- Partita ta’ Hbieberija inti ser issib link, jekk ma tkunx ga bbukjajtx diġa` xi logħba.

Leagues ta’ ħbieberija

Huma biss abbonati (Plus) li jistgħu jibdew il-leagues ta' ħbieberija tagħhom; madankollu kull Utent jista’ jitħol ġo wieħed min dawn il-leagues. Il-fundaturi għandu l-permess biex jissettja waħda mill-league ta’ ħbieberija. L-applikazzjoni biex tissettja league tinsab ġo fajl tal-“Friendlies” fir-Reception.
Il-fundatur jiddetermina li ġej:
-meta l-league jibda
-liema mit-timijiet sottomessi jieħu sehem, jew jekk ikunx fiħ it-tieni leg round

Il-fundatur ma’ jistax ma’ jiparteċċipax bit-tim tiegħu stess, hu ma jkunx jista’ jattivah (activate) jekk idejjqu sempliċiment kemm iħassru.

Fil-mument li league huwa ssetjat, it-timijiet jistgħu jiġu sottomessi. Il-fundatur jistieden lit-tim li jisselettja għal-league tiegħu. Ladarba huwa ddeċieda li l-listi tat-timijiet huma kompluti, u jkun jixtieq li l-league tibda fl-ewwel term possibbli, huwa jista japprova l-league.

Il-league jista’ jiġi approvat taħt dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:
-In-numru tat-timijiet mhuwiex odd (fard), mhuwiex inqas minn 4, u mhuwiex aktar minn numru Massimu ta’ timijiet li huwa mogħti lilek, li jiddependi fuq in-numru ta’ ġimgħat li jkun baqagħlek sa l-aħħar ta’ l-istaġun.
-It-timijiet kollha li huma seletti għal-league m’għandhomx partita ta’ ħbieberija jew logħba tal-Tazza bbukkjata.

League li huwa approvat bejn l-Erbgħa u l-Ħadd, ser jibda jilgħab l-Erbgħa tal-gimgħa ta’ wara ,u l-kalendarju tal-logħob jiġi attivat nhar it-Tnejn. Bejn it-Tnejn u l-Erbgħa, inti tista’ tikkreja league ġdid u tidħol f’wieħed mil-leagues inattivi; imma, inti ma tistax Tapprova / Tattiva l-league tiegħek.

L-istatus ta’ league li ma ġiex approved, jibqa’ kif inhu, ma jinbididlx. Dan jista’ jiġi attivat fil-ġimgħat li ġejjin jew jibqa’ inattivat għal dejjem.


League Ta’ ħbieberija li spiċċa t-turnament, jerġa’ jiġi inattivata, allura inti tista’ terġa’ tibda round ġdid, tistieden timijiet ġodda, eċċ.
2010-01-05 17:35:31
Diversi aġġornamenti jsseħħu, jiddependi fuq il-jum tal-ġimgħa:

Kulljum

- Jiġu ċċekjati u apdejtjati l-plejers li ikunu mweġġa'.
- Reviżjoni tax-xogħlijiet tal-bini fuq grawnd.
- Valur tal-plejers huma aġġornati.
- It-tbassir tat-temp għall-ġurnata mogħtija jkun ppubblikat.

Is-Sibt

- Jum il-pagamenti tas-salarji u spejjeż ta’ l-istadium.
- Jidħlu l-juniors fl-iskejjel rispettivi.
- Trasferimenti tal-flus mingħand l-isponsers jiġu depożitati fil-kont
tal-klabb
- It-Team Nazzjonali jilgħab il-logħob
- (Ġimgħa no. 0) Jitilgħu il-poloz tal Kwalifikazzjoni tal-WC.
- (Ġimgħa no. 1) Jitilgħu ir-rawnds tal Kwalifikazzjoni tal-finali tal-WC.


Il-Ħadd.

- Aġġornament tal- ħiliet tal-plejers li jkunu akbar fl-eta.
- (Ġimgħa no. 1) – Jghalqu l-elezzjonijiet għall- NT Kowċ.
- (Ġimgħa no. 1 sa Ġimgħa no. 14) Jintlagħbu l-logħob tal-league
- (Ġimgħa no. 15) Logħob tal-Kwalifikazzjoni (ara.kapitolu no.12 tar-regoli
sistema tal-league )
- Nota: (Fil-ġimgħa no.0) Ma jkunx hemm logħob il-Ħadd.

It-Tnejn

- It-tlugħ tar-rounds tal-leagues ta' ħbieberija approvat.
- Aġġornament tan-numru ta’ abbonati fis-supporters klabb.
- Il-Forma tal-Plejers tiġi Aġġornata .
- Tabbella tal-league tiġi Aġġornata
- (Ġimgħa no. 0) pagamenti ta’ wara kull stagun (Sapporters iġeddu
l-meżata u l-bonus ta’ l-isponser)
- (Ġimgħa no. 15) Jibdew l-elezzjonijiet tal-NT Kowċ.

It-Tlieta.

- (Ġimgħa no. 1 sa Ġimgħa no. 14) Jintlagħbu l-logħob tal-Junior league

L-Erbgħa.

- Jitilgħu il-poloz tal-kampjonati junior.
- Informazzjoni dwar Partiti ta' ħbieberija proposti tiġi mħassra,
- Il-friendlies ma’ jistgħux jiġu rranġati l-Erbgħa.
- Jintlagħbu Partiti ta' ħbieberija jew tat-Tazza ( it-tazza tibda f’ġimgħa
no.0 ) .

Il-Ħamis

- Jintlaghbu loghob tat-tazza tac-champions ta' sokker. It-Tazza Champions jibda ( fil-ġimgħa no.15 )
- Jitilgħu il-poloz tat-Tazza (sakemm it-Tazza tkun għadha ma spiċċatx).
- Tabella tal-leagues u tal-Partiti ta' ħbieberija jiġu aġġornati.
- Aġġornament tat-taħriġ u progress tal-junior, jitilgħu l-juniors li jkunu
lesti għal mat-tim tal-kbar.
- Aġġornament tal-plejers taħriġ progress u l-forma tagħhom.

Il-Ġimgħa

-Jitilgħu il-poloz tar-rawnd li jmiss tat-Tazza taċ-Champions (jekk it-tazza tkun għadha ma spiċċatx).
- Jintlagħbu il-logħob ta’ taħt il-21 sena .
- (Ġimgħa no. 15) il-plejers jixjieħu b’sena u jiġu aġġornati il-pagi
tagħhom.
Kull pajjiż f’SK għandu Tim Nazzjonali tiegħu , ladarba dawn ikunu daħlu fil-logħba għal staġun sħiħ. Kull pajjiż jista 'jkollu biss plejers ta’ l-istess nazzjonalità msejħa biex jilgħabu miegħu, l-utenti huma mitluba li jagħżul individwu sabiex ikun il-manager ta' dak in-nazzjon partikolari. Huwa possibbli għal kulħadd biex jara l-logħbiet internazzjonali, Irrelevanti jekk ikollok plus jew le.


Elezzjoni għall-Kowċ

Kulħadd jista' japplika għal kwalunkwe impjieg tal-NT, tkun mill-liema pajjiż tkun . NT Kowis ikunu eletti demokratikament fl-aħħar ta' kull staġun. L-NT Kowċ ma jkun jista’ jara il-kapaċitajiet tal-Plejer. L-unika eċċezzjoni għal dan hija jekk il-NT Kowċ jippossjedi xi tal-plejers huwa stess, jew il-plejer ikun fuq il-lista tat-trasferimenti.

Plejers

Hemm limitu ta’ 40 plejers ghat-Tim Nazzjonali.
Membri tat-Tim Nazzjonali ma jistgħux jiġu sacked .
Il-plejers tat-Tim Nazzjonali huma protetti jekk it-tim tagħhom issir Bot. Sakemm dawn ikunu lagħbu mill-inqas darba waħda mat-tim nazzjonali, dawn jiġu elenkati fil-lista tat-trasferiment meta it-tim Bot tagħhom jiġi riplejsjat b’utent ġdid

Il-logħbiet

Partiti ta’ Ħbiberija

Partiti ta’ Ħbiberija jseħħ kull ġimgħa, sakemm ma jkunx hemm il-logħob tat-Tazza tad-Dinja qiegħdin jintlagħbu. Huwa inkarigu tal-NT Kowċis li jirranġa partiti ta’ ħbiberija - Eżatt bħal partiti ta’ ħbieberija li jsiru bejn utenti normali ta’SK. Il-NT Kowċ jista' jsejjaħ kwalunkwe plejers mat-tim nazzjonali , u jużaħhom f’kull mod possibbli li jidhirlu li huwa xieraq.


Kwalifikazzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja

Timijiet kollha jieħdu sehem hawn. It-timijiet jiġu maqsuma f’’basktijiet differenti skond l-NT kemm ikun irrankjat . Timijiet mill-1.-7 imorru ġo Basket A, timijiet 8.-14 imorru ġo Basket B u l-bqija jibqgħu sejrin bl-istess metodu. Timijiet minn Basket A ser ikunu imtellgħin ma’Timijiet minn Basket B ġo kull grupp bħala l-ewwel tim, minn B bħala t-tieni, eċċ

Il-logħob tal- kwalifikazzjoni mhumiex kull ġimgħa, B’hekk logħobiet ta’ ħbieberija xorta jistgħu tilgħabu.

Tazza tad-Dinja

L-aħjar 32 tim biss jistgħu jikkwalifikaw għall-finali, Jiddeppendi minn:

1. Kif tkun ġejt fil-group tal-Kwalifikazzjioni
2. Punti fil-group tal-Kwalifikazzjioni
3. Goals skurjati
4. Goals li qlajt
5. In-numru ta’ rebħiet
6. Punti tar- ranking fil-ħin tat-tlugħ bix-xorti.

Fil-finali t-timijiet kollha ser jitqassmu fi 8 gruppi ta’ 4 timijiet, skond ir-riżultati fil-kwalifikazzjonijiet - it-8 timijiet li jispiċċaw fl-ogħla postijiet se jmorru fl-ewwel Basket, It-8 li jmiss għat-tieni, 8 li jmiss għat-tielet u l-aħħar 8 għar-raba'.
2009-08-20 15:59:04
F'dan il-kapitolu, għandek issib gwida qasira għall-menu dwar temi individwali deskritti fir-regoli.

Il-Menu ta’ l-utenti. (Il-frame tal-lemin)

Fuq il-lemin tiegħek, inti ser issib bar b’9 icons bil- Links li jwassluk għall-postijiet l-aktar importanti tal-klabb tiegħek:

Aħbarijiet link għall-paġna ewlenija fejn l-aħbarijiet dwar
il-logħba huma murija

Il-Paġna tal-klabb – Din tieħdok għall-paġna prinċipali tal-klabb
tiegħek, inti ser tikseb l-aċċess għall-istatistika tal-league tiegħek, kif
ukoll għall-profil tiegħek fejn inti tista’ teditja d- data tiegħek
bħal login, password, e-mail eċċ.

Il-Plejers - lista tal-plejers impjegat mall-klabb tiegħek,
hawnhekk inti tista’ tikseb kull informazzjoni meħtieġa dwar il-
line-up tiegħek. Inti tista’ tmur għall-paġni individwali tal-plejers
biex issir taf aktar dwarhom jew biex tieħu azzjoni (ippowstjah ġol-lista tat-trasferimenti, jew
issekjah ( sack).

Il-Logħob - lista ta’ l-aħħar logħbiet milgħuba u kalendarju tal-logħbiet li għadu mhux
milgħub.

Taħriġ – hawnhekk inti tmexxi u tikkowċja lit-tim tiegħek, tirrekluta Kowċis ġodda,
tassenja mpjiegi lil-Kowċis li għandhom kuntratti valida. Inti jista’ jkollok aċċess ukoll ghall-paġna
tal-Kowċ fejn tista’ tara l-ħiliet individwali tiegħu, tiffirma kuntratt miegħu, u tissekjaħ ( sack)
eċċ. Fuq il-paġna tat-taħriġ, inti tista’ tagħżel ukoll it-taħriġ individwali u l-pożizzjoni tat-taħriġ.

Finanzji – hawnhekk inti tista’ tiċċekkja d-dħul u l-ħruġ tal-pagamenti tal-klabb tiegħek
fil-ġimgħat ta’ qabel u fil-ġimgħat li ġejin u tissorvelja l-bilanċ ta’ l-kont tiegħek.

L-Istadium – fuq din il-paġna inti tista’ tara l-istadiu tiegħek u tikseb stima ta’ l-ispiża ta’
l-espansjonijiet ta’ l- istands jew tibda x-xogħlijiet tal-bini.

L-Uffiċċju – fl-uffiċċju inti ser issib informazzjoni addizzjonali dwar x'inhu jiġri fil-klabb
tiegħek, aqra r-rapporti, u sib aktar dwar il-klabb tas- sapporters il-kondizzjoni u l-burdata
tal-abbonati. Tista’ wkoll tissorvelja l-trasferimenti kurrenti. Minnbarra dan għandek issib
links għal paġni oħra importanti.

Il-Juniors – iċċekkja l-iskola tas- sub juniors tiegħek, iddetermina n-numru massimu tal-parteċipanti u ppromovi lil dawk li huma lesti biex jissieħbu fil- line-up.

Friendlies – diversi [/i] data[/i] dwar il-partiti tal-ħbiberija u l-logħob tal-leagues.

Medja – iddetermina l-emblema ( logo ) u gerijiet tal-futbol ( football kit ), ippubblika l-artikli eċċ. (għażla disponibbli għall- Plus ta’ l-abbonati biss).

Briefcase – hawnhekk inti tista’ ssib il-lista tal-plejers osservati l-għażliet tat-tim (disponibbli għall-abbonati tal-Plus biss).

Messaġġ – tibgħat messaġġi interni lil utenti ohra ta’Sokker.


Il-Menu prinċipali – Frame tax-xellug


F’dan il-menu, il- links għall-paġni ġenerali dwar il-pajjiż tiegħek u Sokker jinstabu hawn:

Il-Pajjiż - il-paġna prinċipali tal-pajjiż tiegħek, l-informazzjoni bażika, il-browser uffiċjali u leagues ta’ ħbiberija., Fil-fajls, il-paġni addizzjonali huma disponibbli:

Ir-Reġjuni -il-lista tar-reġjuni għall-pajjiż partikolari.

Statistiċi (disponibbli għall-abbonati tal- Plus biss).

Eventi – il-lista ta’ l-avvenimenti tal-llum fil-pajjiż.

Tiftix - il-browser ta 'l-utenti, il-plejers u timijiet.

Trasferimenti - il-browser tal-plejers imqiegħda fuq il-lista tat-trasferiment.

Forum – minn hawn ikollok l-aċċess għall-forum, fejn inti tista’ tiddiskuti ma’ amministraturi oħra. Jekk ikun hemm numri fil-forma ta '(x + / + y) maġenb l-isem tal-forum, dan ifisser li hemm X- kummenti f’Ythreads jibqgħu li inti ma tkunx qrajthom. Ftakar biex tosserva r-regoli tal-forum .

Ir-Regoli - rabta mar-regoli inti qed taqra bħalissa :).

Plus - hawnhekk tista’ taqra dwar il-vantaġġi ta' abbonament għas-servizz tal-Plus u tabbona fih jekk inti tixtieq .


Teditja l- line up


Meta tidħol fuq il-lista tal-logħbiet tiegħek, inti ser issib link Line-up li għadhom ma ntlagħbux. Dan tista’ twasslu għall-paġna li bih tkun tista’ tagħżel il-plejers għal-logħba mogħtija li tiddetermina l-ordnijiet tagħhom u tagħżel it-tattiċi t-tajbin. L-opinjoni tal-tattiċi turi l-pożizzjoni medja tal-plejers u tista’ tidher xi ftit differenti minn dik li tara fil-tattiċi ta’ l-editur. Ipostja l-plejers tiegħek fuq il-pożizzjonijiet magħżula, għażel it-tattiċi u kklikkja fuq Save. Inti se terġa’ tara l-paġna bil- line-up magħżula. Biex tkun żgur ħalli l-editur tal-line-up u erġa’ ċċekkjaha għal darba oħra. Xi browsers jistgħ joħolqu l-iżbalji.


Teditja l-ordnijiet tal-logħba



Idħol fuq il-lista tal-logħbiet tiegħek, inti tista’ ssib link għall-Ordnijiet tal-logħbiet li għadhom ma ntlagħbux. Dan iwassal għall-paġna li bih tkun tista’ tagħżel plejers għal-logħba mogħtija li tiddetermina l-ordnijiet tagħha u tagħżel it-tattiċi it-tajbin. L-opinjoni tal-tattiċi turi l-pożizzjoni medja tal-plejers u tista’ tidher xi ftit differenti minn dak li tara fil-tattiċi ta’ l-editur. Għażel is-16 plejers (l-ewwel 11 u l-5 sostituti) billi tagħżel l-ismijiet tagħhom kontra pożizzjonijiet mill-1 sas-16. Aċċerta ruħek li ma jkollhomx aktar minn 1 GK, 5 DEF, 5 MID u 3 STR. Imbagħad agħżel it-tattiċi u kklikkja fuq Save. Inti ser terġa’ tara l-paġna mal- line-up magħżula. Ftakar biex tikkontrolla l- line-up li ssejvjajt, billi tħalli l-editur tal-line-up u mbagħad erġa’ ċċekkjah mill-ġdid. Xi browsers jistgħu joħolqu żballji.


Teditja t-tattiċi



Il- Editing tat-tattiċi jistgħu jinstabu fil-fajl tat-Taħriġ, jew fuq il- paġna tal- Line-up editing . Inti tista’ teditja t-tattiċi tiegħek biss , u jekk ma jkollokx dak li jkollok bżonn inti trid tikkopja t-tattiċi eżistenti. Biex tagħmel dan, uża Oħloq tattiċi ġodda li huma bbażati fuq: mur isfel u għażlel it-tattika li se tkun il-bażi għal-line up ġdid mill-lista. Imbagħad inti trid tagħżel isem, biex b’hekk ikun faċli biex issib dak li trid. Umbagħad ikklikkja fuq oħloq, it-tattiċi ta’ l-utent ser jintwerew taħt dawk li jkunu standard. Fuq it-tattiċi ta’ l-editur, l-isem tat-tattiċi ser ikunu murija .



Agħżel it-tattika li inti tixtieq li teditja. Din imbagħad se tidher fil-grawnd fuq il-lemin. Biex tibdel it-tattiċi, iddreggja (drag) il-ballun fis-settur ċentrali tal-grawnd tiegħek bil- mouse pointer , billi tippressja l-buttuna tax-xellug tal- mouse. Inti ser tara kif il-plejers jiċċaqalqu madwar il-grawnd. Huma se jagħmlu l-istess fuq il-grawnd bil-pass ta’ dak li pprovdut l-istamina. Il-pożizzjoni attwali tal-ballun jindika li l-plejers għandhom ikun lined-up fil-mument. Jekk trid tibdel il-line-up, sempliċiment iddroppja (drop) l-ballun fil-post magħżul u poġġi l-plejers fil-pożizzjonijiet mixtieqa. Agħti attenzjoni il-plejers tiegħek jekk jibdlu l-pożizzjonijiet tagħhom kif jiċċaqalqu mal-ballun. Line-up improprju jista’ jikkawża lill- plejers tiegħek li ma jkunux jistgħu jilħqu l-pożizzjonijiet tagħhom fil-ħin, jekk it-tattiċi tiegħek huma ħżiena.
Iddeċiedi dwar l-istil tal-logħoba li ser tagħti għat-tim tiegħek, eż iddeċiedi kemm jistgħu jmorru jiddefendu d-difensuri matul azzjonijiet offensivi, tista’ tqiegħed il-plejers kollha jew eqreb jew usa’ lejn iċ-ċentru tal-grawnd, b'hekk issaħħaħ jew iddgħajjef partijiet magħżula fil-qasam tal-grawnd eċċ Hemm miljuni ta’ kombinazzjonijiet potenzjal li inti tista’ tuża’!


Fuq il-paġni bil-line-up tal-plejers ghal-logħba w bil-marki individwu, l-opinjoni tat-tattiċi applikati huma ġenerati. Tkunx sorpriż jekk din il-fehma tvarja b'mod sinifikanti, minn din inti tista’ tara wara l-ftuħ ta’l-editing itt-tattiċi kif dan jenfasizza l-medja tal-pożizzjoni ta' kull plejer.
Programmi jew skripts, kemm standalone jew browser add-ons, li:

-Jiproċessaw jew jirranġaw id-data provduta minn Sokker.
-Ibidlu l-interface jew l-użu tas-sit ta’ Sokker.
-Jiprovdu funzjonalitajiet ġodda jew ibiddlu funzjonalitajiet eżistenti tas-sit ta’ Sokker .

Normalment huma milqugħa minn Sokker għaliex dawn isaħħu l-esperjenza tal-utenti tagħna.

Madankollu, jekk xi aspett ta' wieħed minn dawn il-programmi jew skripts huwa determinat li jkunu ta' detriment għall-logħba (i.e. by spamming, decreasing game ad revenue, creating heavy traffic or load on Sokker) l-iżviluppaturi ta’ Sokker u admins jistgħu:

- Jipprojbixxu kwalunkwe żvelar jew diskussjoni tal-programm jew b'kitba fil-forums ta’ Sokker.
- Jipprojbixxu l-użu ta' tali programmi, u jissanzjonaw l-utenti tagħhom.

- Jieħdu l-azzjonijiet legali kontra l-awtur jekk applikabbli.



Barra minn hekk jekk jogħġbok innota li l-uniku metodu approvat u provdut biex tinkiseb data minn Sokker hija permezz tal-XML lokalizzati fil- http://online.sokker.org/xmlinfo.php. Dan huwa sett ta' data li ġie pprovdut, u qiegħed ikun permess bħala għodda biex iżżid it-tgawdija tiegħek ta' Sokker.


M’huwiex permess li jintuża ebda programm jew parti min programm li biha tbiddel jew timmanipula il-kontenut tal-iscreen waqt li tkun qiegħed tuża’ Sokker, ħlief jekk jissodisfaw il-linji gwida msemmija hawn fuq u ma jkunux meqjusa li jkunu ta' detriment għal-logħba. L-izviluppaturi ta’ Sokker ma jirrevedux l-iżvilupp ta' tali plug-ins, sabiex ikunu attenti meta nużawhom. Dawn jista' jkollhom bugs li jistgħu jikkawżaw fallimenti.Meta tesperjenza problemi simili dejjem l-ewwel ipprova waqqaf il-plug-ins tal-browser tiegħek qabel ma tibagħtilna Bug Report.Fil-każ ta' problemi b'xi waħda mill-plug-ins, informa direttament lill-awtur jew uża l-forum xieraq biex tiddiskutiha.

Ordni tal-ħiliet

0. tragic
1. hopeless
2. unsatisfactory
3. poor
4. weak
5. average
6. adequate
7. good
8. solid
9. very good
10. excellent
11. formidable
12. outstanding
13. incredible
14. brilliant
15. magical
16. unearthly
17. divine
17+. superdivine (Il-ħiliet tal-plajer leħqu l-ogħola livell)

Burdata tas-sapporters

1. are furious
2. are losing hope
3. are depressed
4. believe in their club
5. are satisfied
6. are delighted with their club`s performance
7. are madly in love with their club

Aspetazzionijiet tas-supporters

1. Totally outclassed here. Even your stars will be happy to get an opponent players autograph.
2. Your supporters hope the team won`t bring them too much shame in this match.
3. Supporters think the opponent is better, but with a little luck you could spring a surprise.
4. This match is expected by supporters to be a tough and even game, with slight advantage to opponent team.
5. This match is expected to be a tough and even game by your supporters.
6. This match is expected by supporters to be a tough and even game, with slight advantage to your team.
7. Rival is respectable by your supporters, but they expect a win.
8. Your supporters are sure of an easy win in this match.
9. Supporters come to eat popcorn, relax and watch a festival of goals from your team.

Spejjeż għal manutenzjoni tal-grawnd kull ġimgħa ( għal kull post 1)0.75 $
Spejjeż għal kull post fl-iskola tal-junior1 000.00 $
Rata tal-interessi f`każ ta dejn:4.5%
Dejn massimu:-250 000 $
Limitu ta falliment:-500 000 $
Prezz tas-subscription card (kull staġun):125.00 $

Prezz tal-biljettii

Stand mal-linja wara il-lasta
Postijiet bil-wieqfa 2.00 $ 2.00 $
Bil-wieqfa taħt is-saqaf 2.00 $ 2.00 $
Terrazzini 4.00 $ 4.00 $
Terrazzini taħt is-saqaf 5.00 $ 5.00 $
Bankijiet 6.25 $ 6.25 $
Bankijiet taħt is-saqaf 7.50 $ 6.25 $
Siġġijiet 7.50 $ 6.25 $
Siġġijiet taħt is-saqaf 8.75 $ 7.50 $