Azərbaycan dili Bahasa Indonesia Bosanski Català Čeština Dansk Deutsch Eesti English Español Français Galego Hrvatski Italiano Latviešu Lietuvių Magyar Malti Mакедонски Nederlands Norsk Polski Português Português BR Românã Slovenčina Srpski Suomi Svenska Tiếng Việt Türkçe Ελληνικά Български Русский Українська Հայերեն ქართული ენა 中文
Subpage under development, new version coming soon!

Subject: Divorzju! Taboo f Pajjizna!

2011-03-23 20:01:36
Taqblu jew ma taqblux fuq id-Divorzju?

Jien ghad ma ghandix opinjoni intom xi tghidu?

Ghadni ma nafx x ser nivvota, ghinuni nibni opinjoni, ghax daqqa nghid Iva u ohra nghid Le!
2011-03-23 20:08:00
Jiena personali ma naqbilx essagg ....imma ha nivvota IVA....min jiena jiena biex niddeciedi ghal haddiehor li qed jghaddi martirju? Jiena nivvota iva ...at the end hadd ma jobligak tiehdu bilfors.....Id-divorzju tiehdu jekk trid mhux hekk?

Jiena nemmen li ghandi nghati opportunita lill min ilu jghix separat ghal hafna snin u jixtieq jibni hajja gdida u ma jibqax jikkoabita.
2011-03-23 20:15:09
Jien dan ir ragunament ghaddieli minn mohhi imma ergajt wehiltfuq dan il punt ara.

Mela ahna pajjiz kattoliku u izzewigna bil knisja sewwa, allura jekk tiehu d divorzju ser tkun hrigt miz zwieg tal knisja jew dak tal pajjiz?

ir risposta hija dak tal pajjiz sewwa.#

Mella allura inti jekk ser terga tizzewweg ser terga taghmel dan biz zwieg civili u ser tkun ghadek marbut bil knisja sewwa..

Mela allura d divorzju x ghandu differenti mis separazzjoni li hawn bhalissa?

twegiba hija li terga tizzewweg bic civil biss jekk tiehu d divorzju u tista tibqa sejjer hekk kull 4 snin wara z zwieg bic civil.

Mela allura d divorzju huwa biss makeup u mezz ta introjtu iehor ghall avukati biex jifthu kawzi godda l qorti u jisilhu lil min huwa diga fi problemi finanzjarji!

Id divorzju inti tifhem bih inti mario, ghax mhux qed narah iktar differenti mis separazzjoni li tezisti bhalissa?


2011-03-23 20:20:29
le Ramon huwa differenti.....Insa il knisja dik storja ohra...plus hekk tiggenerax li kulhadd huwa kattoliku.

Jekk ma tridx tqalla flus l avukati ...facli tiehux divorzju...ghalkhemm still bis separazzjoni usually dahhal avukat le?

Rigward id-differenza hija li wiehed jista jerga jizzewweg u jerga jkollu id drittijiet ta koppja mizzewga quddiem il ligi.

Dejjem ahjar milli bniedem ipoggi wara separazzjoni u xhin irid idabbar ras il partner. AT leats wara separazzjoni min veru jrid commitment jista jidhol ghalih u mhux cicci beqqi!

Id divorzju mhux obligatorju...still min irid jista ma jehdux ux!

2011-03-23 20:27:27
Id divorzju mhux obligatorju...still min irid jista ma jehdux ux!

naqbelmieghek 100%, imma spjegali din issa kull min jizzewweg bil knisja f pajjizna li nemmen li xi 90% f malta iz zwieg jsir hekk xorta ser jibqa marbut ma l ewwel mara tieghu ghax dak iz zwieg tista tannullah il knisja biss..

Issa kulhadd jaf li annullament talknisja jinata biss lil hbieb tal hbieb u lil min ghandu balla flus xi jroxx.

La t twemmin taghna huwa kristjan id divorzju anqas biss ghandu jissemma, ghas semplici raguni li allavolja tinhall miz zwieg ta l istat u tista terga tizzewweg u terga tigi l istess f ghajnejn l istat,nemmen ukoll li f ghajnejn Alla tun ghadek marbut bl ewwel zwieg!!!

fuq l artal qalilna meta izzewwigna, dak li jorbot Alla ma jistax jhollu l bniedem u la iddecidejna li nizzewgu bil knisja fuq dik irridu nimxu u xejn iktar,imo.

Inti qed tirraguna sewwa ukoll ta,imma r ragunament tieghek jiswa fil fehema tieghi ghal min ma zzewweg qatt bilknisja ghax ma jemminx fiha, ghax min izzewweg bilknisja u bic civil ukoll u jaghzel li jiehu d divorzju jkun inhall min nofs rabta. (dejjem qed nargumenta u kif qed jirraguna mohhi)

X tahseb fuq il fatt li ahna kattolici? ghandu jkollna divorzju?
mela jekk is-separazzjioni u divorzju huma l-istess ma ghadux ikun hemm problemi , ghax min jisepara xorta wahda irid jiftah il-kawza u xorta ser jonfoq il-flus

jien nifhima li ghandu jidhol id-divorzju u jithallew is-separazzjioni u l-annulament bhekk ikun hemm azla u min ma jaqbilx mad divorzju ma juzahx imma ihalli lil min jixtieq jihu id-divorzju fil-liberta kolla

fil-fatt min ikollu il-flus u jixtieq igib id-divorce min darba min malta xorta jista jaghmel dan u jigi rikonoxuta mil-qrati maltin bi differenza li jigik balla liri .... li mhux sew ghal min ma jiflahx ihallas

ramon min ikollu partner barrani/a u qied jikoabita irid ihalsila balla liri fis-sena f health insurace ( apporx € 600 ) sfis-sena u dan mhux sew ghax jekk ikun hawn id-divorzju dawn il-flus jibqawlu fil-but u mhux tgawdihom l-insurance ... qed nghid hekk dejjem jekk jerga jizzeweg allura il-partner tibda tissejah il-mara tieghu allura tigi malti/a u tifranka dawk il-flus u il-hassel li igibu mahhom ic-circostanzi rigward resident permit u visas
2011-03-23 20:32:42
naqbel mieghek ram...jiena personali ma nehdux.....ghax kattoliku u izzewigt bil knisja....imma ghada pit ghada ma nafx x ser jigri....min jaf foris jkollu bzonnu ibni jew binti.....min jiena jiena biex niddeciedi ghal haddiehor kif u xhiex u x jemmen....ghaliex ghandu jkun il fatt li il maggoranza tiddeciedi ghal minoranza li jixtieq jiehu id-divorzju la lili personali mhux ser teffetwani x jaghmel haddiehor.

kapixx my point?
Mela irridu nammetu li hawn zewg kazijiet differenti ta zwigijiet sewwa dawk li jsiru bic civil biss li normalment jinvolvu barranin ma Maltin u dawk iz zwigijiet li ta Maltin bejn Maltin fejn jizzewgu bil knisja u bic civil sewwa..

Jien nghid li dawk li jizzewgu bic civil biss ghandhom dritt ghad divorzju u dawk li jizzewgu sewwa bic civil u bil knisja jkunu kontradittorji jekk jiehdu d divorzju ghaliex jkunu nhallu nofs triq biss minn mal partner!!!

x tahseb fuq dan il fatt?
2011-03-23 20:35:03
Issa spjegali din lili sewwa.

Inti ser taccetta li inbnek il quddiem jizzewweg bic civil biss u mhux bil knisja?
2011-03-23 20:36:07
nahsbe li qed thallat il hass mal bass....lol il ligi tal KNISJA mijhix il ligi TAL PAJJIZ.....ma ghadnix fis 60s fejn kollox tiddetta il knisja....forsi jiena izzewigt bil knisja u meta isseparajt mal mara ddecidejt li naqleb buddist jew insir ateju jew musulman....allura jiena mghandix dritt li quddiem il ligi nidher mizzewweg u il partner il gdida tieghi tkun l-immediate next of KIN tieghi.

Kapixx
fuq l artal qalilna meta izzewwigna, dak li jorbot Alla ma jistax jhollu l bniedem u la iddecidejna li nizzewgu bil knisja fuq dik irridu nimxu u xejn iktar,imo.

allura dawk il-pajjizi kollha li ghandom id-divorzju u li maggoranza taghhom huma insara ....dawn mhux ser immoru il-genna wara li imutu , ghax jekk tghidli le mela allura in-nies il-maltin u tal-fillipini biss ser jidhlu il-genna

Kull min ghandu id-divorzju fil-pajjiz rispettiv tieghu juzah jekk irid mhux hekk .

barra min hekk alla qal tigudikax lil haddiehor halli ma tigix igudikat int min haddiehor allura jien min jien biex nghid li divorzju huwa hazin ?
2011-03-23 20:36:44
ibni jaghmel li jrid diment li jkollu l eta tieghi...jiena missieru nkun mhux Hitler! min jiena jiena biex niddeciedi li ibni ghandu jkun kattoliku jew li jizzeweg bilfors bil knisja. Inti thobb lii uliedek minghajr predugizzji...dak affari taghhom wara kollox.

Jekk ibni jigi jghidli jiena ma rridx inkun kattoliku imma buddist jaghmel liz zigg irid.
(edited)
2011-03-23 20:36:59
jien naqbel ma joe u nzid ukoll li fejn jidhol id divorzju it tfal jiehdu hsiebhom mhux ihalluhom jixxejru bhal ma jaghmlu il knisja jek jaghtuk l-annullament!!
2011-03-23 20:43:27
jien minix xi qaddis ara la tahsbu....biss ma tahsbux li jekk ilkoll kem ahna mmorru il knisja nhar ta hadd u nisimawa tippriedka, qatt m'ghandna naqblu mad divorzju...

might as well biex namlu fattina ma mmorru xejn il knisja mhux ek...
Isma jien opinjoni qed nitlob u qed nipprova nasal ghaliha billi nara l ideat taghkom biss.

@soler jekk tahseb li wliedek mhux ser jkunu iddettati mill konservazzjonizmu ta pajjizna u jaslu jizzewgu bic civil biss allura ivvota iva halli tghin lil min jigi minnek.

Issa din il bicca li iddur buddista, ateju, musulman etc...... ma tantx tinzilli ghax ghalija hija skuz biex dejjem tmur fejn jaqbillek...

2011-03-23 20:44:58
Dak li kont qed nipprova nghid jien, li la Malta hija kattolika anqas biss qatt l politikanti taghna ma misshom hallew referendum bhal dan isir!


(edited)